Tuesday, December 24, 2024

F1: Iċ-champion Max Verstappen itemm il-kampjonat fuq nota pożittiva

Aqra wkoll

Iċ-champion renjanti tal-Formula Wieħed, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) temm il-kampjonat ta’ din is-sena bil-kbir meta rebaħ ukoll l-aħħar tiġrija – li saret f’Abu Dhabi, fiċ-ċirkwit ta’ Yas Marina – biex din kienet il-15-il waħda tiegħu ta’ dan l-istaġun. 

Punt interessanti huwa li din kienet ukoll l-aħħar tiġrija tal-Ġermaniż Sebastian Vettel hekk kif ħabbar li se jirtira … fil-299 tiġrija personali tiegħu. Huwa jitqies bħala leġġendarju meta rebaħ erba’ kampjonat – 2010, 2011, 2012 u 2013 – kif ukoll irreġistra 53 rebħa. 

Intant, Verstappen baqa’ jżomm il-vantaġġ mill-pole position sat-tmiem meta waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 1:27:45.914. 

Min-naħa tas-sewwieq Britanniku, Lewis Hamilton (Mer­cedes) kompla jiddiżappunta meta kellu jirtira fis-56 dawra wara ħsara teknika biex f’dan il-kampjonat baqa’ mingħajr rebħa. 

Fit-teni pożizzjoni spiċċa s-sewwieq ta’ Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), segwit mill-Messikan Sergio Perez (Red Bull), l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari), u l-Britanniċi George Russell (Mercedes) u George Russell (Mercedes).

Kif spiċċaw (ta’ fuq): 454 – Max Verstappen; 308 – Charles Leclerc; 305 – Sergio Perez; 275 – George Russell; 246 – Carlos Sainz; 240 – Lewis Hamilton; 122 – Lando Norris.  

Ekonomija

Sport