Sunday, December 22, 2024

F1: Kevin Magnussen se jibda mill-pole fl-Isprint Race tal-GP tal-Brażil

Aqra wkoll

Is-sewwieq Daniż tal-Formula Wieħed, Kevin Magnussen (Haas), kiseb l-aħjar ħin biex rebaħ il-pole position għall-iSprint Race tal-Grand Prix tal-Brażil, li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos, f’Sao Paulo. 

Huwa rreġistra ħin ta’ minuta u 11.674 sekondi. 

Huwa se jibda qabel iċ-champion renjanti, Max Verstappen (Red Bull) li se jkun segwit mill-Britanniku, George Russell (Mercedes) … iżda l-kompatrijott u kollega tiegħu, Lewis Hamilton, se jibda mit-tmien post. 

Mir-raba’ post se jibda l-Britanniku Lando Norris (McLaren), segwit mill-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari), il-Franċiż Esteban Ocon (Alpine) u l-Ispanjol Fernando Alonso (Alpine).

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) kien l-akbar diżappunt hekk kif se jibda mill-għaxar post. 

Ekonomija

Sport