Thursday, December 26, 2024

F1: L-Awstraljan Oscar Piastri jirbaħ l-ewwel GP tal-karriera tiegħu

Aqra wkoll

Is-sewwieq Awstraljan tal-Formula Wie­ħed, Oscar Piastri, irreġistra l-ewwel rebħa tal-karriera tiegħu meta ttrijonfa fil-Grand Prix tal-Ungerija, b’mod drammatiku minħabba ordnijiet tat-team tiegħu, McLa­ren, li fihom kien involut il-Brittaniku Lando Norris li spiċċa fit-tieni post. 

Fit-tielet post temm il-Brittaniku tal-Mercedes, Lewis Hamilton, li kellu inċident mar-rival Olandiż, Max Verstappen (Red Bull).

Il-kontroversja tal-ordnijiet tat-team tal- McLaren żvolġiet hekk kif iż-żewġ karozzi dehru li kienu se jirbħu l-ewwel żewġ postijiet li kienu ilhom ma jagħmlu dan mill-Grand Prix tal-Italja tal-2021. 

Piastri kien qed jillidja lil Norris għal ħafna ħin tat-tiġrija wara li fil-bidu, jiġifieri mal-ewwel kantuniera,  huwa mar fuq quddiem fi sfida bejniethom li kienet tinkludi wkoll lil Verstappen.

Iżda pit stop finali aktar kmieni għal Norris – li kienet parti mill-istrateġija tal-Mc­La­ren biex jipproteġuh minn Hamilton – ġara li Norris qabeż fuq quddiem.

Iżda Norris intalab kemm-il darba biex   inaqqas il-veloċitá u jħalli lil Piastri jgħaddi fil-vantaġġ hekk kif beda jiġi mfakkar ukoll fuq ir-responsabbiltà tiegħu lejn it-team, iżda rrifjuta li jagħmel dan sa żewġ dawriet biss mit-tmiem.

Norris deher li  kien se jirrifjuta li jobdi l-ordni, iżda fl-aħħar aċċetta, biex Piastri rebaħ f’ħin ta’ 1:38:01.989.

Intant, fis-63 dawra (minn 70) Verstappen ħabat ma’ Hamilton wara li llokkja l-breki­jiet tiegħu wara li dan tal-aħħar ipprova jdur bil-konsegwenza li ħabtu rota ma’ rota, b’Verstappen jogħla bil-karozza iżda fortunatament, it-tnejn baqgħu jikkompetu.

Fit-tielet post daħal is-sewwieq minn Monaco Charles Leclerc (Ferrari) quddiem Max Verstappen.

Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 265 – Max Verstappen; 189 – Lando Norris; 162 – Charles Leclerc; 154 – Carlos Sainz; 149 – Oscar Piastri; 125 – Lewis Hamilton.

Ekonomija

Sport