Saturday, December 21, 2024

F1: Max Verstappen jikseb is-sitt rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Olan­diż Max Verstappen (Red Bull), kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika meta rebaħ il-Grand Prix tal-Ingilterra, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. 

Dan ifisser li din kienet is-sitt rebħa konsekuttiva ta’ Verstappen filwaqt li kien il-11-il suċċess infila għat-team tar-Red Bull.

Barra minn hekk, dan is-sewwieq ta’ 25 sena, kiseb it-tmien rebħa minn 10 tiġirjiet biex ir-Red Bull laħqu r-rekord tal-McLaren li kien reġistrat fl-1988, bis-sewwieq jkunu l-leġġendarji Ayrton Senna u Alain Prost.

Verstappen qatt ma kien fil-periklu li seta’ jfalli dan is-suċċess minkejja li fil-bidu tilef il-vantaġġ għas-spejjeż tal-Britanniku Nando Norris (McLaren), li iżda, irkuprah fil-ħames dawra u qatt ma ħares lura … biex waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 1:25:16.938. 

Fit-tielet post spiċċa l-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) segwit mill-Awstraljan Oscar Piastri (McLaren) u l-Britanniku George Russell (Mercedes).

Klassifika (ta’ fuq): 255 – Max Verstappen; 156 – Sergio Perez; 127 – Fernando Alonso; 121 – Lewis Hamilton; 83 – Carlos Sainz. 

Ekonomija

Sport