Saturday, December 21, 2024

F1: Max Verstappen jikser ir-rekord ta’ Sebastian Vettel u Michael Schumacher

Aqra wkoll

Max Verstappen kompla juri l-potenzjal tiegħu meta rebħa il-Grand Prix tal-Messiku li sar fiċ-ċirkwit ta’ Mexico City.

Din ir-rebħa kienet tfisser li huwa rreġistra l-14-il waħda tiegħu f’din is-sena biex kiser ir-rekord ta’ Michael Schumacher li kien stabilixxa fl-2004 u tal-predeċessur tiegħu tar-Red Bulll, Sebastian Vettel, li kien irreġistra fl-2013 … it-tnejn bi 13-il rebħa kull wieħed.

U meta fadal żewġ tiġrijiet għat-tmiem … dawk tal-Brażil u ta’ Abu Dhabi, is-sewwieq Olandiż jista’ jkabbar dan ir-rekord għal 16-il rebħa.  

Barra minn hekk, huwa kiser ukoll ir-rekord tal-aktar punti f’sena waħda, irreġistrat minn Lewi Hamilton, fl-2019.

“Dan huwa staġun inkredibbli għat-team,” qal Verstappen. “Qatt ma ħsibt li se nkun nista’ nirbaħ 14-il tiġrija f’sena. Għaldaqstant, irrid nirringrazzja li t-team ta’ tekniċi li jaħdmu bla heda biex inkunu nistgħu niċċelebraw dan is-suċċess.”

Verstappen rebaħ din it-tiġrija b’mod mill-aktar komdu meta waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 1:38:36.729, hekk kif kien 15.186 sekondi veloċi aktar mill-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes).

Fit-tielet post temm il-Messikan Sergio Perez (Red Bull), segwit minn George Russell (Mercedes), l-Ispanjol Carlos Sainz Jr (Ferrari), Charles Leclerc ta’ Manoco (Ferrari) u l-Awstraljan Daniel Ricciardo (McLaren).

Il-klassifika hija (ta’ fuq): 416 – Max Verstappen; 280 – Sergio Perez; 275 – Charles Leclerc; 231- George Russell; 216 – Lewis Hamilton; 212 – Carlos Sainz Jr; 111 – Lando Norris.

Ekonomija

Sport