Friday, December 27, 2024

F1: Max Verstappen jilħaq ir-rekord ta’ Ayrton Senna

Aqra wkoll

Iċ-champion tad-dinja, l-Olandiż Max Verstappen iddomina l-Grand Prix tal-Kanada biex irreġistra l-100 rebħa tat-tim tiegħu tar-Red Bull fil-Formula Wieħed … meta waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 1:33:58.348.

L-Ispanjol, Fernando Alonso (Aston Martin) daħal fit-tieni post  bil-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) jirnexxielu wkoll jikseb il-podju. 

Din kienet is-sitt rebħa tal-leader tal-klassifika, Verstappen, minn tmien tiġrijiet f’dan l-istaġun fejn kabbret il-vantaġġ  tiegħu fil-quċċata tal-klassifika u kompla l-mixja bla waqfien tiegħu għat-tielet titlu mondjali konsekuttiv.

B’din ir-rebħa, is-sewwieq Olandiż laħaq ukoll ir-rekord tal-leġġendarju Brażil, Ayrton Senna, ta’ 41 rebħa. 

Fir-raba’ u fil-ħames postijiet temmew iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, dak minn Monaco Charles Leclerc u l-Ispanjol Carlos Sainz, segwiti mill-Messikan Sergio Perez (Red Bull) u l-Britanniku Alexander Albon (Williams). 

Il-klassifika ġenerali (ta’ fuq) wara tmien tiġrijiet hija:

195 – Max Verstappen; 126 – Sergio Perez; 117 – Fernando Alonso; 102 – Lewis Hamilton; 68 – Carlos Sainz; 65 – George Russell

Ekonomija

Sport