Sunday, May 18, 2025

F1: Max Verstappen jirbaħ il-GP tal-Italja

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-Grand Prix ta’ Emilia-Romagna li sar fiċ- ċirkwit ta’ Imola, l-Italja, biex dan kien it-tieni suċċess tiegħu tal-istaġun u naqqas id-distakk għal 22 punt mil-leader, Lando Norris. 

Verstappen rreġistra ħin ta’ 1:31:33.199 biex kien 6.109 aktar veloċi mill-Brittaniku Norris (McLaren) li kellu jikkuntenta bit-tieni post segwit mill-kollega tiegħu, l-Awstraljan Oscar Piastri li beda mill-pole position.

Fil-veritá, Verstappen, li rebaħ il-kampjonat erba’ darbiet,  qabeż lil Piastri fl-ewwel dawra u qatt ma ħares lura. 

Minkejja li  s-safety-car ġegħlet liż-żewġ sewwieqa tal-McLaren inaqqsu d-distakk … meta ssoktat it-tiġrija, huwa rnexxielu jaħrab fuq quddiem, b’Norris, li kellu tyres ferm aktar friski minn Piastri, issielet fl-aħħar tliet dawriet biex eventwalment għeleb lil Piastri għat-tieni pożizzjoni.

It-team tal-McLaren ikkommetta żball kbir fl-istrateġija tiegħu meta ordna lil Pias­tri jidħol fil-pit kmieni biex tilef ħafna ħin fil-konfront ta’ Verstappen u qatt ma deher li seta’ jirkupra. 

Fir-raba’ post daħal il-Brittaniku Lewis Hamilton (Ferrari) segwit mill-kompatrijott tiegħu Alexander Albon (Williams),  is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) u l-Brittaniku George Russell (Mercedes).   

Il-klassifika ġenerali bħalissa hija: 146 – Oscar Piastri; 133 – Lando Norris; 124 – Max Verstappen; 99 – George Russell; 61 – Charles Leclers; 53 – Lewis Hamilton; 48 – Andrea Kimi Antonelli; 40 – Alexander Albon.

Il-klassifika tal-kostrutturi hija: 246 – McLaren; 141 – Mercedes; 105 – Red Bull; 94 – Ferrari; 37 – Williams; 20 – Haas; 14 – Aston Martin; 8 – Racing Bulls; 7 – Alpine.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport