Sunday, December 22, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix ta’ Las Vegas

Aqra wkoll

L-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) irkupra minn penalitá ta’ ħames sekondi biex rebaħ il-Grand Prix tal-Istati Uniti li sar fiċ-ċirkwit ta’ Las Vegas … meta rreġistra ħin ta’ 1:29:08.289.  

Din it-tiġrija kienet taqtiegħa bejn tliet sewwieqa li kienet tinkludi wkoll lill-Messikan, Sergio Perez (Red Bull) u dak minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari)  hekk kif bdew ibiddlu l-pożizzjonijiet tagħhom.

Madankollu, Verstappen ħa l-vantaġġ meta kien fadal 16-il dawra u qatt ma ħares lura biex kiseb it-18-il rebħa ta’ dan l-istaġun. Min-naħa tiegħu, Leclerc għadda lil Perez fl-aħħar dawra biex kiseb it-tieni pożizzjoni.

Verstappen ġie penalizzat ħames sekondi talli ġiegħel lil Leclerc barra mill-binarju fl-ewwel kantuniera, sofra ġwienaħ ta’ quddiem bil-ħsara f’ħabta ma’ George Russell tal-Mercedes u għamel pit stop żejda minn Leclerc taħt is-safety car f’nofs it-tiġrija. 

Iżda l-Olandiż wera l-potenzjal tiegħu biex irkupra l-penalitá kompla jissiġilla l-profil tiegħu bħala wieħed mill-aqwa sewwieqa ta’ dawn l-aħħar snin. 

Fir-raba’ post daħal il-Franċiż Esteban Ocon (Alpine) segwit mill-Kanadiż Lance Stroll (Aston Martin), l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u ż-żewġ Britanniċi tal-Mercedes, Lewis Hamilton u George Russell. 

Klassifika (ta’ fuq): 549 – Max Verstappen; 273 – Sergio Perez; 232 – Lewis Hamilton; 200 – Carlos Sainz, Fernando Alonso; 195 – Lando Norris; 188 – Charles Leclerc

Ekonomija

Sport