Max Verstappen rebaħ taqtiegħa eċċitanti għall-pole position fil-Grand Prix tal-Olanda, meta għeleb lil Charles Leclerc b’0.021 sekondi biss.
Is-sewwieq tar-Red Bull deher li kien f’forma formidabbli kmieni fil-kwalifikazzjoni iżda Leclerc kien aktar veloċi fl-ewwel u fl-aħħar prova fil-Ferrari tiegħu.
Leclerc tjieb fl-aħħar ġirja tiegħu, iżda Verstappen issuperah, u bagħat lill-folla eżawrita miksija bil-kulur oranġjo fit-tiġrija ta’ pajjiżu f’dellirju ta’ ferħ.
Carlos Sainz tal-Ferrari qabeż lil Lewis Hamilton tal-Mercedes għat-tielet post, waqt li sieħeb Verstappen, Sergio Perez, fl-aħħar kantuniera tilef il-kontroll biex ħareġ il-bnadar sofor, u żamm lis-seba’ darbiet champion milli jitjieb.
Perez żamm il-ħames post, segwit minn George Russell tal-Mercedes li se jibda mis-sitt post.
Verstappen, 98 punt minn Leclerc fil-kampjonat, kien ferħan bit-tieni pole konsekuttiv tiegħu f’Zandvoort minn meta l-korsa storika reġgħet lura fil-kalendarju tal-F1 is-sena l-oħra wara nuqqas ta’ 36 sena.