Saturday, December 21, 2024

F1: Max Verstappen jirbaħ il-pole position tal-Grand Prix tal-Ingilterra

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull) il-Ħadd se jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix tal-Ingilterra li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone meta kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali, dak ta’ minuta u 26.720 sekondi.

Dan ifisser li din hija s-sitt pole position konsekuttiva f’dan l-istaġun. Mit-tieni u t-tielet postijiet se jibdew iż-żewġ sewwieq tal-McLaren, il-Britanniku Lando Norris u l-Awstraljan Oscar Piastri.

Min-naħa l-oħra, iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, Charles Leclerc (Monaco) u Carlos Sainz (Spanja) se jibdew mir-raba’ u l-ħames postijiet.  

Ekonomija

Sport