Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Awstraljan Oscar Piastri, rebaħ il-Grand Prix ta’ Spanja li sar fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja meta rreġistra ħin ta’ 1:32:57.375.
Huwa għeleb lill-kollega tiegħu, il- Brittaniku Lando Norris, biex it-team tal- McLaren daħal fl-ewwel żewġ pożizzjonijiet.
Peró, dan il-Grand Prix ma kienx nieqes mill-emozzjonijiet hekk kif safety-car tard wasslet għal aħħar ftit dawriet kontroversjali li involvew lill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull).
Verstappen kien sfurzat li juża tyres iebsin għall-isprint finali iżda kien involut f’sensiela ta’ inċidenti mal-Brittaniku, George Russell (Mercedes).
Is-sewwieq Olandiż temm fil-ħames post iżda uffiċjalment ġie dikjarata li spiċċa fl-10 post wara li ngħata penalitá ta’ 10 sekondi talli nstab ħati li kkawża l-ħabta ma’ Russell.
L-erba’ darbiet champion tad-dinja, żamm il-pressjoni iż-żewġ sewwieqa tal-McLaren bi strateġija ta’ tliet pit-stops meta mqabbel mat-tnejn tagħhom, u kien fit-triq għat-tielet post qabel ma s-safety car ħarġet fuq it-trakka minħabba li t-Taljan, Kimi Antonelli (Mercedes) waqaf minħabba ħsara fil-magna.
Iżda t-tiġrija tiegħu “waqfet ħesrem” minħabba li huwa kien kostrett li jibqa’ fuq it-tyres iebsin minħabba li r-Red Bull ma kellhomx oħrajn aktar rotob disponibbli.
Fit-tielet post temm is-sewwieq ta’ Monaco, Charles Leclerc (Ferrrari), segwit minn Russell, il-Ġermaniż Nico Hulkenberg (Sauber) u l-Brittaniku Lewis Hamilton (Ferrari).
Il-klassifika (ta’ fuq) hija: 186 – Oscar Piastri; 176 – Lando Norris; 137 – Max Verstappen; 111 – George Russell; 94 – Charles Leclerc; 71 – Lewis Hamilton; 48 – Andrea Kimi Antonelli; 42 – Alexander Albon; Isack Hadjar (21).