Wednesday, December 25, 2024

F1: Pass ieħor minn Max Verstappen lejn ir-rebħ tat-titlu

Aqra wkoll

Is-sewwieq Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, għamel pass kbir lejn ir-rebħ tal-kampjonat tal-Formula Wieħed meta rebaħ il-Grand Prix tal-Brażil, fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos, wara li beda mis-17-il post. 

Kienet tiġrija fenomenali minn Verstappen hekk kif wera l-potenzjal tiegħu wara li ngħata żewġ penalitajiet. 

Barra minn hekk huwa sfida wkoll l-elementi tan-natura f’tiġrija ferm diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 2:06:54.430 u kien segwit miż-żewġ sewwieqa Franċiżi tal-Alpine, Esteban Ocon u Pierre Gasly … bl-isfidant dirett tiegħu, il-Brittaniku Lando Norris (McLaren) kellu jikkuntenta bis-sitt post biex prattikament ċeda għal kollox l-istaġun. 

Dan minħabba li meta fadal tliet tiġrijiet għat-tmiem, Verstappen fetaħ vantaġġ ta’ 62 punt fuq l-istess Norris. 

Intant, il-provi uffiċjali saru lbieraħ filgħodu wara li ġew posposti mis-Sibt minħabba xita qawwija. Peró, l-is­tess sessjoni kienet karatterizzata minn ħames bnadar ħomor għal ħabtiet kbar li kienu jinvolvu, fl-ordni, lil Franco Colapinto tal-Williams, Carlos Sainz tal-Ferrari, iż-żewġ sewwieqa ta’ Aston Martin, Lance Stroll u Fernando Alonso, u Alex Albon tal-Williams.

Klassifika (ta’ fuq): 393 – Max Verstappen; 331 – Lando Norris; 307 – Charles Leclerc; 262 – Oscar Piastri. 

Ekonomija

Sport