Is-sewwieq Olandiż tar-Red Bull, Max Verstappen, iddomina l-Grand Prix tal-Ġappun, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Suzuka, biex irreġistra t-13-il rebħa tal-istaġun u għen lit-team tiegħu jikseb it-titlu tal-kostrutturi.
Huwa wara l-isfida qasira taż-żewġ sewwieqa tal-McLaren, l-Awstraljan Oscar Piastri u l-Britanniku Lando Norris, fl-ewwel żewġ dawriet biex eventwalment iddomina l-kumplament tat-tiġrija u qatt ma deher f’xi periklu li seta’ jitlef.
Is-sewwieqa tal-McLaren kellhom jgħaddu lis-sewwieq tal-Mercedes, George Russell, wara l-aħħar pit stops hekk kif il-Brittaniku pprova strateġija rari ta’ waqfa waħda wara battalja bikrija mal-kollega u kompatrijott tiegħu, Lewis Hamilton.
Iżda din l-istrateġija falliet bil-kbir minħabba li wara li ġie megħlub miż-żewġ karozzi tal-McLaren, inqabeż ukoll mis-sewwieq tal-Ferrari, Charles Leclerc.
Fl-aħħar dawriet, huwa tilef ukoll il-pass ma’ Hamilton kif ukoll mal-Ispanjol, Carlos Sainz (Ferrari), biex temm fis-seba post.
Madankollu, Verstappen reġa’ seraq ix-xena li għandu futur kbir quddiemu.
Huwa rreġistra ħin ta’ 1:30:58.421 biex ir-rebħa tiegħu kienet waħda mistħoqqa u ġustifikata … hekk kif ta wkoll it-titlu lit-team tar-Red li kien it-tieni wieħed konsekuttiv u s-sitt wieħed fl-istorja.
B’din ir-rebħa huwa kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika biex għamel pass ieħor lejn ir-rebħ tat-tieni kampjonat infila.
Il-klassifika tal-kostrutturi: 623 – Red Bull (champions); 305 – Mercedes; 285 – Ferrari; 221 – Aston Martin; 172 – McLaren; 84 – Alpine.
Il-klassifika tas-sewwieqa (ta’ fuq): 400 – Max Verstappen; 223 – Sergio Perez; 190 – Lewis Hamilton; 174 – Fernando Alonso; 150 – Carlos Sainz; 135 – Charles Leclerc; 115 – Nando Norris