Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull), il-Ħadd se jibda mill-ewwel poiżizzjoni fil-Grand Prix tal-Awstrija li se jsir fir-Red Bull Ring fi Spielberg, meta rebaħ l-isprint race hekk kif irreġistra ħin ta’ 26:30.059.
Permezz ta’ din ir-rebħa, huwa kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika ġenerali hekk kif ingħata tmien punti.
Mit-tieni u mit-tielet pożizzjoni se jibdew iż-żewġ sewwieq tal-Ferrari, Charles Leclerc (7 punti) ta’ Monaco u l-Ispanjol Carlos Sainz (6) hekk kif Leclerc temm 1.675 sekondi wara Verstappen.
Mir-raba’ pożizzjoni se jibda l-Britanniku George Russell (Mercedes) (5 punti) segwit mill-Messikan Sergio Perez (Red Bull) (4), il-Franċiż Esteban Ocon (Alpine) (3), id-Daniż Kevin Magnusson (Haas) (2) filwaqt li l-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) (1) kompla jiddiżappunta hekk kif se jibda mit-tmien post.
Il-klassifika hija: 189 – Max Verstappen; 151 – Sergio Perez; 145 – Charles Leclerc; 133 – Carlos Sainz; 116 – George Russell; 94 – Lewis Hamilton.