Saturday, March 7, 2026

FA Cup: Arsenal u Man City jimmiraw lejn id-double?

Aqra wkoll

Għat-tielet darba dan l-istaġun il-Premier Lea­gue Ingliż jagħmel il- wisgħa għal-logħob tal-FA Cup meta mill-bieraħ sa nhar it-Tnejn qed jintlagħbu t-tmiem logħbiet tal-ħames round tal-iktar kompetizzjoni antika knock-out li kien hawn fid-dinja tant li tinsab fil-145 staġun tagħha.

Il-leaders tal-kampjonat, Arsenal, se jippruvaw jirbħu d-double ta’ kampjonat u tazza għar-raba’ darba wara t-tlieta preċedenti fl-1971, fl-1998 u fl-2002.

Mansfield v Arsenal – Din hija l-ewwel laqgħa bejn Mansfield Town u Arsenal minn Jannar, 1929, logħba mirbuħa 2-0 minn Arsenal fl-FA Cup. Il-Gunners kellhom biss intervall akbar bejn il-logħbiet kontra Lincoln City (102 sena, 1915 – 2017) mill-intervall ta’ 97 sena kontra li Stags.

Wrexham v Chelsea – Iż-żewġ timijiet ma ltaqgħux kontra xulxin minn Frar, 1982, meta t-team minn Wales rebaħ 1-0 f’logħba tal-kampjonat, waħda minn żewġ rebħiet li Wrexham kisbu kontra Chelsea f’disa’ logħbiet (D3 T4).

Chelsea ffaċċjaw lil Wrexham darba fl-FA Cup fejn kellhom bżonn żewġ replays fir-raba’ round tal-1981-82 biex jeliminawhom. Il-Blues rebħu sitta mill-aħħar tmien logħbiet f’Wales fil-kompetizzjonijiet kollha (D1 T1) inkluża r-rebħa 3-1 f’Cardiff fil-League Cup dan l-istaġun.

Newcastle U. v Man City – Din hija l-11-il logħba tal-FA Cup bejn Newcastle u Manchester City – is-Citizens avvanzaw mill-aħħar tnejn fil-kwarti-finali fl-2019-20 u fl-2023-24, wara li avvanzaw biss fi tnejn mill-ewwel tmien logħbiet kontra l-Magpies.

Is-City eliminaw lil Newcastle fis-semi-finali tal-League Cup dan l-istaġun – l-uniċi żewġ timijiet li eli­minaw lill-Magpies kemm mil-League Cup kif ukoll mill-FA Cup fi staġun huma Wimbledon fl-1987-88 u Arsenal fl-2007-08.

Il-Magpies avvanzaw minn disgħa mill-aħħar 10 logħbiet tal-ħames round tal-FA Cup, għalkemm ġew megħluba 2-1 minn Brigh­ton f’dan l-istadju fl-istaġun li għadda. Tnejn minn dawk id-disa’ rebħiet tal-ħames round ġew kontra Manchester City fl-1994-95 u fl-2001-02.

Is-City rebħu 18 mill-aħ­ħar 20 logħba tagħhom fl-FA Cup matul l-aħħar erba’ staġuni, u tilfu biss fil-finali fl-2024 kontra Manchester United u fl-2025 kontra Cry­stal Palace. Fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames rounds, il-Blues rebħu l-aħħar 23 logħba tagħhom fl-FA Cup b’aggregate ta’ 89-11 minn meta tilfu 1-0 kontra Wigan fil-ħames round tal-2017-18.

Fulham v Southampton – Din hija r-raba’ partita tal-FA Cup bejn Fulham u Southampton, bil-Cottagers javvanzaw fit-tielet round fl-1998-99 wara replay u s-Saints jirbħu fit-tieni round fl-1914-15 u fit-tielet round fl-2017-18.

Southampton tilfu tlieta mill-aħħar erba’ partiti tagħ­hom kontra Fulham (D1), kollha fil-Premier League fl-istaġuni 2022-23 u 2024-25. Is-Saints rebħulhom l-aħħar darba f’Mejju 2021 taħt Ralph Hasenhuttl, 3-1 f’darhom fl-ogħla diviżjoni.

Fulham qed ifittxu li jilħqu l-istadju tal-kwarti-finali tal-FA Cup għat-tielet darba fl-aħħar erba’ staġuni (ukoll fl-2022-23 u fl-2024-25). It-tliet dehriet preċedenti tagħhom fil-kwarti-finali seħħew fuq perjodu ta’ 20 staġun qabel dan.

Port Vale v Sunderland – Port Vale avvanzaw mill-ewwel żewġ logħbiet tagħhom tal-FA Cup kontra Sunderland fl-1935-36 (it-tielet round) u fl-1961-62 (ir-raba’ round) iżda tilfu l-aħħar  tnejn kontra l-Black Cats (it-tielet round tal-1991-92, l-ew­wel round tal-2018-19).

Sunderland rebħu l-aħħar sitt laqgħat tagħhom ma’ Port Vale fil-kompetizzjonijiet kollha, b’din l-ewwel waħda minn mindu rebħu 2-1 barra minn darhom fil-League Cup f’Awwissu 2021.

Leeds U. v Norwich C. – Leeds tilfu tnejn mill-aħħar 15-il laqgħa tagħhom ma’ Norwich fil-kompetizzjonijiet kollha (R9, D4), fiż-żewġ okkażjonijiet tilfu kontra l-manager Daniel Farke me­ta kien mal-Canaries f’April 2018 u fi Frar 2019.

Din hija r-raba’ logħba tal-FA Cup bejn Leeds u Norwich – il-Canaries għaddew minnha fir-raba’ round f’replay fl-1934-35, filwaqt li l-Whites rebħu 5-0 fit-tielet round tat-tieni replay fl-1972-73 u mbagħad 5-2 fit-tielet round fl-1976-77.

Leeds qed ifittxu li jilħqu kwarti-finali tal-FA Cup għall-ewwel darba mill-2002-03 taħt Terry Venables – ġew eliminati fil-ħames round f’erba’ okkażjonijiet minn dakinhar.

West Ham v Brentford – Brentford rebħu sebgħa mill-10 logħbiet tagħhom kontra West Ham United fil-kompetizzjonijiet kollha minn meta saru team tal-Premier League fl-2021 (D1, T2); ma rebħux team aktar spiss matul dak il-perjodu.

Din hija biss it-tielet darba li West Ham u Brentford ġew imtellgħin kontra xul­xin fl-FA Cup – il-Bees avvanzaw f’replay tar-raba’ round fl-1926-27 filwaqt li l-Hammers rebħu 1-0 fit-tielet round fl-2022-23 permezz ta’ goal ta’ Said Benrahma.

Din hija l-ewwel darba mill-2018-19 li Brentford laħqu l-ħames round tal-FA Cup, għalkemm il-Bees ma rnexxilhomx javvanzaw lil hinn minn dan l-istadju fit- tliet okkażjonijiet preċedenti minn meta għelbu lil Blackburn 2-0 fl-1988-89 u għelbu lir-rebbieħa event­wali Liverpool fil-kwarti-finali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport