Saturday, December 21, 2024

FA Cup: Il-holders Leicester City jibdew id-difiża kontra Watford

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa se nħallu l-logħob tal-Premier League fil-ġenb meta l-prijoritá tinxteħet fuq it- tielet round tal-FA Cup li fiha t-timijiet stabbiliti se jiffaċċjaw oħrajn minn diviżjonijiet inferjuri u għal­daqstant ikunu favoriti li jibqgħu javvanzaw iżda jridu juru rispett kbir lejn l-avversarji … għax din hija kompetizzjoni li toffri ħafna sorpriżi. 

Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, Leicester City jospitaw lil Watford f’dik li hija meqjusa bħala logħba delikata. 

Il-finalisti Chelsea se jiltaqgħu kontra t-team non-league, Chesterfield, waqt li ċ-champions u leaders pre­żenti tal-Premier League, Manchester City kienu l-ewwel li lagħbu meta l-Ġimgħa, barra minn darhom għelbu lil Swindon bl-iskor ta’ 4-1.

Leicester v Watford – Konfront bejn timijiet tal- Premier League huwa dak li se jintlagħab fil-King Power Stadium meta Leicester City jilqgħu lil Watford fejn għal darb’oħra l-eroj tal-Foxes fl-2016, Claudio Ranrieri, li kontra kull mistenni wassalhom għar-rebħ tal-Premier League, li kien l-ewwel unur li qatt kisbu bħala champions tal-ogħla diviżjoni fl-istorja tagħhom.

Chelsea v Chesterfield – Chelsea għandhom biż­żej­jed munizzjon biex ikom­plu għaddejjin meta anke jistgħu jagħtu ċans players li huma fil-periferija tat-team. 

Huma jistgħu jinkludu lill-attakkant Romelu Lukaku li dan l-aħħar għamel xi ħaġa mingħajr ħsieb ta’ xejn meta wera fl-apert affarijiet li m’għandux jagħmel. Iżda issa reġgħet qed tirrenja l-kalma u llum m’għandux ma jkunx hu li jmexxi l-attakk.

Nottm F. v Arsenal – Arsenal huma favoriti li jgħaddu għar-raba’ round meta se jmorru fis-City Ground taċ-Champions tal-Ewropa darb­­tejn madwar il-bidu tas-snin 80 meta dak iż-żmien kienu mmexxijin mill-ma­nager tant popolari, Brian Clough, u l-assistent tiegħu, Peter Taylor, li llum it-tnejn m’għadhomx magħna.

Il-Gunners jinsabu f’forma tajba bil-players żgħa­żagħ, Bukayo Saka, Gabriel Martinelli, Emile Smith-Rowe u l-goalkeeper Aaron Ramsden, qed ikunu importanti biex it-team jinsab fir-raba’ post fil-kampjonat.

Liverpool v Shrewsbury – Liverpool, rebbieħa tat-tazza seba’ darbiet, se jkunu f’Anfield biex jilqgħu lil Shrewsbury Town ta’ Lea­gue One f’logħba li m’għandhomx ifallu min­kejja li bħalissa għaddejjin minn problemi bi players imweġġgħin, oħrajn bil- Covid-19 u tlieta jinsabu fil-Kamerun biex jilagħbu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

Iżda, jekk il-logħba ssir, players bħal Diogo Jota, Divock Origi u oħrajn, għandhom jaraw li t-team ikompli javvanza fil-kompetizzjoni.

Newcastle v Cambridge – Newcastle United se jkunu f’St James Park kontra Cambridge United ta’ League One meta issa jinsabu taħt sidien u manager ġodda, u għalhekk se jippruvaw jagħ­m­lu xi ħaġa f’din il- kompetizzjoni għalkemm ma jridux jabbandunaw il- kampjonat meta bħalissa jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni.

Man Utd v Aston Villa – Konfront ieħor kollu tal- Premier League huwa dak ta’ nhar it-Tnejn li ġej meta Manchester United jilta­q­għu kontra Aston Villa f’Old Trafford meta bħalissa xejn m’għandhom atmosfera feliċi speċjalment meta ġejjin minn telfa kontra Wolves f’darhom li fiha ġew dominati għal ħinijiet twal.

Min-naħa tagħhom il-Villa, li llum jinsabu taħt il- gwida tal-manager Steven Gerrard, jafu jagħtuhom battikata oħra meta kapaċi jipproduċu wirjiet ta’ kwalita’ bl-arma letali tagħhom ikun l-attakkant Ollie Watkins li jiskorja goals importanti għalkemm għandhom ukoll lil Danny Ings li jaf isib ix-xibka wkoll.

C. Palace v Millwall – Crystal Palace se jkunu nvoluti fid-derby ta’ Londra meta jmorru jilagħbu għand Millwall taċ-Championship. Fi staġuni oħra wieħed kien jara din il-logħba li tista’ tmur kull naħa, iżda mindu fis-sajf li għadda t-team ġie fdat f’idejn Patrick Vieira, huma saru għadma iebsa biex jintgħelbu.

LOGĦBIET OĦRAJN

Iż-żewġ timijiet l-oħra, minbarra Newcastle, li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni, Burnley u Norwich City, li jiffaċċjaw timijiet minn diviżjonijiet in­ferjuri wkoll.

Il-Clarets se jilqgħu lil Huddersfield Town taċ- Championship li ftit staġuni ilu kienu fil-Premier League waqt li l-Canaries se jkunu barra minn darhom kontra Charlton Athletic f’The Valley, u huma wkoll għandhom jibqgħu jagħmlu progress biex isibu ruħhom fir-raba’ round.

F’logħbiet oħra li jinvolvu timijiet tal-Premier Lea­gue, erbgħa minnhom se jkunu qed jilagħbu barra minn darhom waqt li tnejn oħra se jospitaw timijiet minn diviżjonijiet oħra.

Brentford se jmorru għand Port Vale (League Two), Brighton se jżuru The Hawthorns biex jiltaqgħu kontra West Bromwich (Championship), Everton se jmorru għand Hull City (Championship) li ftit tas-snin ilu lagħbu fil-Premier League, u Southampton, li issa jinsabu f’idejn sidien ġodda bil-logħba kontra Swansea City (Championship) se tkun l-ewwel waħda taħthom.

Fiż-żewġ logħbiet l-oħra t-timijiet tal-Premier Lea­gue se jkunu f’darhom fejn Wolves se jiltaqgħu kontra Sheffield United taċ-Championship waqt li Tottenham Hotspur jilagħbu f’darhom ukoll bl-avversarji jkunu Morecambe ta’ League One.

Fuq il-karta t-timijiet tal- Premier League huma favo­riti, iżda din hija l-FA Cup u s-sorpriżi ma jonqsux.

Ekonomija

Sport