Friday, December 13, 2024

FA Cup: It-tlieta l-kbar jilagħbu barra minn darhom

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa l-attenzjoni se tkun mixħuta fuq il-kwarti-finali tal-FA Cup li fihom il-favoriti kollha se jilagħbu barra minn darhom, għalkemm l-ebda team ma jista’ jiġi mwarrab għal kollox speċjalment jekk ikunu qed jilagbu quddiem il-partitarji tagħhom.

Middlesbrough v Chelsea – Din hija logħba pe­rikoluża għall-finalisti tas- sena l-oħra, Chelsea, meta jmorru fir-Riverside Sta­dium biex jiffaċċjaw lil Middlesbrough tal-mana­ger Chris Wilder.

Il-Boro diġá eliminaw żewġ timijiet ikkwotati tal- Premier League meta l-ew­wel għelbu lil Manchester United 8-7 bl-għoti tal-pe­nalties f’Old Trafford wara draw ta’ 1-1.

Imbagħad il-vittmi tagħ­hom kienu Tottenham Hotspur li kellhom ibaxxu ras­hom meta għelbuhom 1-0 fir-Riverside Stadium.

Għaldaqstant, il-mana­ger tal-Blues, Thomas Tu­chel, irid joqgħod attent li ma jkunux t-tielet vittmi tal-Boro ta’ timijiet mill- Pre­mier League. 

Iżda Chelsea, li mindu sabu ruħhom fl-inkwiet ka­ġun tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, għadhom ma tilfux logħba fejn anke fiċ- Champions League komplew għaddejjin fit-triq tar-rebħ.

C. Palace v Everton – Din tidher li hija l-iktar logħba miftuħa mill-erbgħa fil-programm minħabba li l-Palace saru team iktar kompetittiv meta taħt il-gwida tal-manager Patrick Vieira għamlu progress konsiderevoli.

Min-naħa tagħhom Everton jinżlu għal din il-logħba b’moral għoli wara li nhar il-Ħamis kisbu tliet punti prezzjużi wara li għelbu lil Newcsatle 1-0 fil- kampjonat.

Iżda ta’ min jgħid li t- Toffeemen kellhom jitħabtu biex għelbu lit-team mhux fil-league, Boreham Wood, li għebuhom 2-0, waqt li l-Palace kienu fin-naħa t-tajba ta’ riżultat ta’ 2-1 kontra Stoke City f’Selhurst Park.

Southampton v Man C. – Is-Saints se jiffaċċjaw forsi l-iktar logħba diffiċli mit-tmijiet li mhumiex favoriti meta se jilqgħu liċ- champions u leaders pre­żenti tal-Premier League, Manchester City, f’St Mary’s Stadium.

Il-manager tas-Saints, Ralph Hasenhuttl, jemmen li din id-darba t-team tiegħu għandu ċans li jirbaħ il-fidda. Iżda huwa qal dan qabel ma ttellgħu kontra s-City, li madankollu mhumiex inbattibbli tant li f’dawn l-aħħar ġimgħat tilfu kontra Tottenham u ġew miżmuma draw minn Crystal Palace fil-kampjonat u anke ġew miżmuma draw minn Sporting Lisbon fiċ- Champions League.

Iżda huma għandhom ikollhom munizzjon biż­żejjed biex jgħaddu għas- semi-finali wara li fil-ħa­mes round għelbu lil Pe­terborough 2-0 away waqt li min-naħa tagħhom Southampton għelbu lil West Ham 3-1.

Nottm Forest v Liverpool – L-aħħar logħba li se tintlagħab għada fil-għaxija se tara lil Nottm Forest jilqgħu lil Liverpool li bħalissa għaddejjin minn forma mill-aqwa meta wara li rebħu l-League Cup, jin­sabu fil-kwarti-finali taċ- Champions League, it-tieni fil-Premier League u fl-aħħar tmienja fl-FA Cup.

Fir-round ta’ qabel iż-żewġ timijiet kisbu l-istess riżultat ta’ 2-1 meta kienu qed jilagħbu f’darhom, Liverpool kontra Norwuch City u l-Forest kontra Huddersfield Town.

Il-Forest qed ikollhom staġun tajjeb meta huma mmexxijin mill-manager Steve Cooper li fil-passat kien jaħdem fl-akkademja ta’ Liverpool u anke mat-timijiet iż-żgħar tal-Ingilterra.

Rebħa għar-Reds tħallihom fit-triq it-tajba li jirbħu erba’ unuri fi staġun wieħed

Ekonomija

Sport