Tottenham se jospitaw lill-holders Manchester City fir-raba’ round tal-FA Cup waqt li Chelsea jiffaċċjaw lill-kandidati għat-titlu, Aston Villa, fi Stamford Bridge f’laqgħa oħra bejn timijiet tal-Premier League.
Newport County ta’ League Two jew Eastleigh tan-National League, se jospitaw lill-ġganti tal-Premier League, Manchester United. Maidstone United, l-inqas club li baqa’ fit-tazza, iżuru Ipswich taċ-Championship.
Tottenham, li jinsabu fil-ħames post tal-Premier League punt wara Manchester City, għelbu lit-team ta’ Pep Guardiola fil-ħames żjarat tagħhom fit-Tottenham Hotspur Stadium.
Il-poloz kollha huma:
Watford v Southampton
Blackburn v Wrexham
Bournemouth v Swansea
WBA v Brentford/Wolves
West Ham/Bristol C. v Nottm F./Blackpool
Leicester v Hull/Birmingham
Sheffield W. v Coventry C.
Chelsea v Aston Villa
Ipswich v Maidstone U.
Liverpool v Norwich/Bristol R.
Tottenham v Man City
Leeds U. v Plymouth
C. Palace/Everton v Luton/Bolton
Newport/Eastleigh v Man. U.
Sheffield U. v Brighton
Fulham v Newcastle
(Jintlagħbu fi tmiem il-ġimgħa tas-Sibt, 27 ta’ Jannar).