Monday, November 4, 2024

FA Cup: Maidstone jirreġistraw sorpriza kbira bl-eliminazzjoni ta’ Ipswich

Aqra wkoll

Fir-raba’ round tal-FA Cup, in-non-league club ta’ Maidstone United, irreġistra l-akbar sorpriża meta barra minn darhom għelbu lit-team miċ-Championship, Ipswich, bl-iskor ta’ 2-1 

Il-goals tagħhom waslu minn Lamar Reynolds (43) u Sam Corne (66) filwaqt li Jeremy Sarmiento (56) kiseb id-draw momentarju għat-Tractor Boys. 

Everton v Luton – Barra minn darhom, Luton għelbu lil Everton 2-1 bil-goal tar-rebħa jasal minn Cauley Woodrow (92). 

Kienu Luton li fetħu l-is­kor minn auto-goal ta’ Vita­liy Mykolenko (39) iżda Jack Harrison (55) kiseb id-draw għal Everton. 

Leeds v Plymouth – Leeds United u Plymouth temmew fi draw ta’ 1-1. 

Kien Jaidon Anthony (31) li fetaħ l-iskor għal Leeds iżda Adam Randell (73) għamel l-iskor indaqs għal Plymouth. 

Leicester v Birmingham – Leicester kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Birmingham. 

L-iskorers kienu Jamie Vardy (47), Yunus Akgun (72) u Dennis Praet (88).

 Sheffield U. v Brighton – F’partita li offriet xejn inqas minn sitt goals, barra minn darhom Brighton għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 5-2. Il-protagonista tas-Seagulls kien Joao Pedro (29 pen, 52 pen, 67) bl-iskorers l-oħra jkunu Valentin Buonanotte (14) u Danny Welbeck (96).

Iż-żewġ goals ta’ Sheffield waslu minn Gustavo Hamer (44) u William Osula (45).

Bristol C. v Nottm F.  – It-team miċ-Championship, Bri­s­tol City, ospita li dak tal-Premier League, Nottingham Forest u temmew fi draw ta’ mingħajr goals. 

Chelsea v Aston Villa – Anke Chelsea u Aston Villa spiċċaw fi draw ta’ 0-0. Fl-ewwel taqsima, Chelsea setgħu għalqu l-partita fejn fallew bosta ċansijiet. Iżda wara l-mistrieħ, il-Villans kienu l-aħjar team u setgħu wkoll ħarġu rebbieħa. 

Sheffield W. v Coventry – Partita bejn żewġ timijiet taċ-Championship, Sheffield Wednesday u Coventry spiċċaw fi draw ta’ 1-1.

Kien Victor Torp (45) li fetaħ l-iskor għal Coventry iżda Djeidi Gassama (84) salva r-riżultat għall-Owls. 

Tottenham v Man City – Il-holders, Mancehster City, marru għand Tottenham u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Nathan Ake, żewġ minuti mit-tmiem. 

Interessanti huwa l-fatt li matul il-logħba kollha, Spurs indirizzaw xutt wie­ħed biss. 

Sport