Sunday, November 24, 2024

FA Cup: Manchester City iħarsu lejn it-Treble

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa Wembley Stadium jkun iċ-ċentru tal-attenzjoni meta fih jintlagħbu s-semi-finali tal-FA Cup biż-żewġ konfronti jipprovdu taqtigħat affaxxinanti taħt l-arkata.

Illum Manchester City se jkomplu jfittxu li jirbħu t-treble meta jilqgħu lit-team taċ-Championship, Sheffield United, bil-Blades jibdew bħala underdogs enormi.

Erbgħa u għoxrin siegħa wara jkun hemm il-konfront kollu tal-Premier League bl-istorja tal-istaġun, Brigh­ton, jaslu għal dan l-istadju għat-tielet darba fl-istorja tagħhom.

Huma se jkollhom lil Man­chester United bħala l-avversarji tagħhom, bir-Red Devils jiġru wara l-ewwel reb­ħa tal-FA Cup mill-2016 kif ukoll it-tieni trofew tal-era Erik ten Haag.

MAN C. v SHEFFIELD U.

Dan ma jidhirx li huwa konfront bejn min se jirbaħ iżda iktar b’kemm se jirbħu s-City li qed jittamaw li jirbħu l-Premier League, iċ- Champions League u l-FA Cup.

Forsi l-akbar sors ta’ intriċċi madwar din il-partita huwa x’tip ta’ skwadra se jinżel biha Pep Guardiola, peress li dan huwa mdawwar bejn żewġ partiti importanti ħafna fl-ispinta tagħhom għat-titli msemmija.

Mhux se jkun hemm nuqqas ta’ għażliet jekk is-City jagħmlu rotazzjoni fejn f’dan il-każ Pep Guardiola jista’ iserraħ lill-attakkant stilla, Erling Haaland, qabel il-logħba ferm mistennija tal-Ħamis li ġej kontra Arsenal li tista’ tiddeċiedi d-destinaz­zjoni tal-kampjonat.

Qabbel dan mal-lista twila ta’ injuries ta’ Sheffield u l-fatt li qed ġejjin wkoll mid-dmirijiet ta’ nofs il-ġimgħa b’logħba tal-kampjonat kontra Bristol City iżid biss il-grad ta’ diffikultà diġà sinifikanti.

Anke jekk is-City sofrew goal f’erbgħa mill-aħħar ħa­mes ħarġiet tagħhom, l-attakk ta’ Sheffield mhuwiex prolifiku u trid togħġob iċ- ċansijiet tat-team tal-Premier League li jgħaddu għall-finali.

BRIGHTON v MAN U.

Jekk kien hemm xi dubju dwar kemm kien tajjeb l-istaġun ta’ Brighton, wieħed għandu jikkunsidra li se jidħlu f’din il-partita bħala favoriti biex jegħlbu lil Manchester United.

Filwaqt li ma tantx kienu jafu biha dak iż-żmien, Brighton taw l-idea ta’ fejn kienu sejrin dan l-istaġun fi tmiem il-ġimgħa tal-ftuħ meta marru f’Old Trafford u għelbu lill-United 2-1.

Dan poġġa l-pjattaforma għall-istaġun notevoli tagħ­hom u se jġibu xi forma b’saħħitha f’dan il-konkors, bl-unika telfa tagħhom mill-bidu ta’ Marzu tiġi f’ċir­kostanzi kontroversjali f’Tottenham.

Il-United jistgħu jinsabu fit-tielet post tal-kampjonat iżda kien staġun ‘l bogħod minn ideali għalihom b’in­konsistenzi li swewlhom spinta għat-titlu. 

Madankollu l-FA Cup, li tmur mal-League Cup li reb­ħu fi Frar, tagħmel tmiem diċenti għall-kampanja mimlija avvenimenti.

Iżda f’dan il-punt, wieħed għandu jappoġġa l-istorja tas-Seagulls, li kienu tant impressjonanti f’dan l-istaġun u rrispettivament liema kwistjonijiet jintefgħu quddiemhom, huma jidhru li kapaċi jsibu modi biex jibqgħu jirbħu.

Hawnhekk il-ħin barrani huwa possibiltá iżda Brigh­ton qed jilagħbu b’ħafna kunfidenza u l-valur tagħhom biex jirbħu fid-90 minuta mhux ta’ min iwarrbu.

Il-United ġejjin minn telfa umiljanti ta’ 3-0 kontra Sevilla fl-Ewropa  League, li ma kellhonx staġun sodisfaċenti f’La Liga.

Sport