Monday, December 23, 2024

FA Cup: Manchester City l-ewwel finalisti

Aqra wkoll

Manchester City insew id-diżappunt tal-eli­minazzjoni mill-kwarti tal- finali tal-UEFA Champions League kontra  Real Madrid hekk kif b’goal ta’ Bernardo Silva lejn it-tmiem, għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 1-0 biex issiġillaw post fil-finali tal-FA Cup.  

L-istess Silva patta għall-iżball tal-penalty kruċjali fallut kontra l-istess Real Madrid.

Il-midfielder Portugiż (84)  skorja l-goal rebbieħ mill-cross ta’  Kevin de Bruy­ne biex issa s-Citizens jimmiraw li jirbħu dan l-unur għat-tieni sena nfila.

Peró, min-naħa l-oħra Chelsea fal­lew bosta okkażjonijiet ta’ skor li kważi kollha waqgħu għand l-attakkant Nicolas Jackson. 

Iżda huma wkoll jistgħu jħossuhom li kienu ‘vittmi’ ta’ inġustizzja meta fit-tieni taqsima pprotestaw bil-kbir għal penalty li ma ngħatawx meta  l-free-kick ta’ Cole Pal­mer laqat id Jack Grea­lish li kien jifforma parti mill-barriera u minkejja li din l-azzjoni ġiet verifikata, il-VAR iddeċieda li kollox kien normali. 

Ekonomija

Sport