Manchester United ikkwalifikaw għall-finali tal-FA Cup meta għelbu lil Brighton 7-6 bl-għoti tal-penalties wara li spiċċaw fi draw ta’ 0-0.
Għaldaqstant, fit-3 ta’ Ġunju, huma jaffrontaw lil Manchester City, f’Wembley Stadium.
Il-partita kienet waħda bilanċjata u l-aktar li resqu viċin kienu Bruno Fernandes għall-United u Danny Welbeck għal Brighton.
Fil-ħin barrani l-logħba baqgħet bilanċjata biex kellha tmur għal-lotterija tal-penalties.
Għall-United skorjaw Casemiro, Dalot, Sancho, Rashford, Sabitzer, Weghorst u Lindelof filwaqt li għal Brighton skorjaw Mac Allister, Gross, Undav, Estupinan, Dunk u Webster. March falla t-tentattiv tiegħu.