FLORIANA………………….. 0
ZABBAR ST PATRICK……. 0
(Zabbar SP 4-2 bil-penalties)
Zabbar SP ħasdu lil Floriana meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-2 wara l-għoti tal-penalties biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-Kwarti tal-Finali tal-Meridanbet FA Trophy.
Dan wara li l-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari u anke wara l-ħin barrani kien dak ta’ mingħajr goals.
Kien biss fis-36 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota bi Floriana jersqu viċin li jiftħu l-iskor meta Alen Kurtalic kellu x-xutt tiegħu fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Zabbar, Manuel Isufe, li dawwar tajjeb f’corner.
Zabbar wieġbu fl-44 minuta meta xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa ta’ Miro Soldo għadda ftit barra.
Floriana ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fid-49 minuta kellhom ferħa bla temma meta l-player mill-Bożnja-Herzegovina Alen Kurtalic mill-viċin tefa’ ġewwa, iżda r-referee Sloboadn Petrovic wara li kkonsulta l-FVS ħassar dan il-goal minħabba li ġġudika li l-istess player kien jinsab f’pożizzjoni ta’ offside.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-ħin regolamentari bil-partita jkollha tmur għall-ħin barrani.
U anke sa wara l-ħin barrani l-iskor baqa’ ma nbidilx biex il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties.
Għaż-Żabbarin skorjaw Nicholas James Agius, Izak Etim Akpan, Massimo Forte u Jake Micallef iżda falla Mario Fontanella. Għal Floriana skorjaw Jake Grech, Francisco Coelho Teixeira iżda fallew Iago Mendonca u Rui Linhares Areias
Referee: Slobodan Petrovic
TARXIEN RAINBOWS……… 0
VALLETTA…………………….. 1
Valletta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 1-0 biex fil-kwarti-finali se jaffrontaw lil Hamrun Spartans f’dak li huma meqjus bħala konfront kolossali.
Wara bidu bilanċjat, fis-37 minuta l-Beltin fetħu l-iskor meta ngħataw penalty għal foul fuq Valentijn Meijer Stijn … biex mill-11-il metru s-solitu Yuri De Jesus Messias ma żbaljax.
Fit-tieni taqsima, il-Beltin żiedu l-isforzi tagħhom iżda sabu lill-goalkeeper, Miguel Spiteri, f’burdata mill-aqwa.
Fit-80 minuta, Tarxien setgħu kisbu d-draw meta ngħataw penalty iżda mill-11-il metru Nhaysonn Da Silva Rosa falla l-mira.
Referee: Philip Farrugia
MGARR UNITED…………..0
MOSTA ………………………3
Mosta għaddew għall- kwarti-finali meta għelbu lit-team miċ-Challenge League bl-iskor ta’ 3-0 liema rebħa mmaturat fit-tieni taqsima.
Il-goals ġew skorjati mit-tliet players barranin Cheikh Diamanka Senghor (43), Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva (52) u minn Emmanuel Prince Chibuzor (83.
Referee: Vladimir Rizoski

