Friday, December 13, 2024

FA Trophy: Balzan javvanzaw mingħajr wisq tbatija

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan ……………5

Pietá Hotspurs ….1

Balzan ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lit-team taċ-Challenge League, Pietá Hotspurs, bl-iskor ta’ 5-1 liema rebħa ġiet aċċertata fl-ewwel taqsima hekk kif il-Balzanin daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ tliet goals.

Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross mill-viċin, MILAN DURIC tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-10 minuta l-goalkepper tal-Hotspurs, Miguel Chetcuti, għadda l-ballun lejn Sheldon Mizzi, iżda pront kien MILAN DURIC li seraq il-ballun mingħand dan tal-aħħar u mill-viċin ma żbaljax.

Fil-31 minuta, Balzan għam­luhom tlieta meta MILOS MIJIC kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni idea­li li ntemm fix-xibka fejn il-goalkeeper Pietaniż seta’ għamel aħjar.

 Pietá wieġbu għall-ewwel darba fl-40 minuta meta Paul Lapira avvanza fil-kaxxa iżda kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Vranes.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan komplew bl-istess ritmu u fis-47 minuta is-sostitut Montenegrin BOJAN KALJEVIC, li kien ilu biss minuta fil-ground, tefa’ ġewwa minn taħt il-lasti.

Dan sabiex żewġ minuti biss wara Aleksa Andrejic ikkontrolla tajjeb qabel venven xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa li iżda ntemm ftit barra.

Madankollu l-ħames goal kellu jasal fl-54 minuta meta MILAN DURIC kellu xutt fil-baxx bid-dawra minn tarf il-kaxxa li ntemm ġewwa, bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel spiċċa fix-xib­ka.

Fis-56 minuta, Pietá ngħa­taw penalty meta Augustine Loof deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru, Paul Lapira ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat minn Vranes bid-difiża tikklerja l-periklu.

Peró, fl-84 minuta, huma naqqsu l-marġni tal-iskor minn freekick mill-isbaħ tas-sostitut JOAO PEDRINHO OLIVEIRA SANTOS.

BALZAN: 83-Vukasin Vranes, 3-Augustine Loof (11-Jake Grech 59), 7-Milan Duric (15-Michael Johnson 59), 8-Paul Fenech, 18-Uros Ljubomirac (86-Bojan Kaljevic 46), 19-Milos Zlatkovic, 21-Neil Frendo (4-Neil Magri 7), 22-Gary Camilleri, 23-Milos Mijic (9-Alvin Kevin Daniels 46), 44-Adam Bradshaw, 77-Aleksa Andrejic   – Coach: Paul Zammit

PIETÁ H.: 13-Miguel Chetcuti, 3-Nathan Cope, 4-Sheldon Mizzi (15-Luca Gatt 62), 7-Jake Ghio, 10-Paul Lapira (93-Joao Pedrinho Oliveira Santos 67), 18-Dylan Grima (28-Liam Scicluna 67), 19-Yuto Morita, 20-Kurt Briffa, 22-Zean Leonardi (5-Matthew Portelli 62), 31-Isaac Cuatjar, 66-Lee Galea   – Coach: Paul Gatt

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Paul Apap, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: M. Duric 2, 10, 54, M. Mijic 31, B. Kaljevic 47 (B), J. P. Oliveira Santos 84 (PH)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

Sport