Tuesday, December 24, 2024

FA Trophy: Balzan wisq b’saħħithom għal Tarxien Rainbows

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan……………4

Tarxien R……….0

Balzan kisbu l-passaport għar-round tas-16 meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 4-0 mingħajr tbatija.

Balzan fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-16-il minuta permezz ta’ xutt sabiħ minn ġol-kaxxa ta’ BOGDAN MLADENOVIC.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u ta’ dan ġew ippremjati meta fl-20 minuta rduppjaw l-iskor permezz ta’ xutt mid-distanza tal-veteran PAUL FENECH li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Matthias Debono.

Kulma jmur kompla d-dominju assolut ta’ Balzan u fis-27 minuta, freekick insidjuż ta’ Aleksa Andrejic għadda ftit għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan, komplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fis-46 minuat Nikola Zerjal kellu tentattiv minn taħt il-lasta li għadda ftit għoli.

Tliet minuti wara Balzan għamluhom tlieta meta Marcus Grima provda l-assist lil MATHEUS DE SOUSA li minn qagħda ideali tefa’ ġewwa.

Kompliet ix-xalata ta’ goals għal Balzan meta fis-60 minuta meta l-awtur tal-ewwel goal, Bogdan Mladenobic, xeħet cross fil-baxx lejn MATHEUS DE SOUSA li minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fix-xibka, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali. 

Fit-80 minuta, freekick insidjuż tas-sostitut Bojan Kaljevic dejjem għal Balzan għadda ftit barra.

Balzan: 1-Rudy Briffa, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 7-Bogdan Mladenovic, 8-Paul Fenech (14-Zak Grech 73), 9-Luca Mallia (86-Bojan Kaljevic 61), 19-Nikola Zerjal (22-Jake Grech 73), 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus De Sousa (10-Angel Torres 61), 77-Aleksa Andrejic (2-Ivan Bozovic 61) Coach: Oliver Spiteri

Tarxien R.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Muscat, 5-Carlos Filho Conceicao, 7-Brandon Muscat, 8-Matthew Spiteri, 9-Thiago Nonato Peixoto (28-Angel Antonio Correa Rojos 56), 10-Darren Falzon (6-Karl Cutajar 83), 11-Steve Bezzina, 17-Brooke Farrugia (27-Dylan Agius 56), 20-Junior Cabral Conceicaa, 23-Jairo Filho Santos De Oliveira (99-Daneel Abela 69) Coach: Jacques Scerri

Referee: Daniel Portelli

Ass. Referees: Roberto Vella, Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal: Ishmael Barbara

Skorers: B. Mladenovic 16, P. Fenech 20, M. De Sousa 49, 60 (B)

Ammoniti: T. Peixoto Nonato, D. Abela (T)

Ekonomija

Sport