BIRKIRKARA …3
Valletta ………..1
(wara l-ħin barrani)
Birkirkara kkwalifikaw għas-semi-finali tal-FA Trophy meta dawru telfa f’rebħa u għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 3-1 fil-ħin barrani.
Fit-32 minuta, Valleta kellhom goal imħassar għal pożizzjoni ta’ offside.
Fit-63 minuta, il-Lilywhites fallew ċans tad-deheb meta minn taħt il-lasti, Jefferson falla l-mira. Iżda ħames minuti wara, l-istess JEFFERSON fetaħ l-iskor b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka.
Iżda fil-75 minuta, l-Istripes kisbu d-draw meta mill-cross ta’ Ignacio Manuel Morello, LEANDRO LACUNZA kkonnettja bir-ras u xeħet il-ballun fix-xibka.
Bir-riżultat jibqa’ l-istess, kellu jingħata l-ħin barrani biex il-Karkariżi marru fil-vantaġġ b’kanunata ta’ ALESSANDRO COPPOLA (96).
Fil-100 minuta, tkeċċa Enzo Ruiz għal Valletta għat-tieni karta safra. U sitt minuti mit-tmiem PAUL MBONG issiġilla r-rebħa wara li approfitta minn żball fid-difiża Beltija.
Birkirkara: 19-Matthew Grech, 3-Ignacio Manuel Morello, 6-Leonel Pablo Gaitan (10-Shaun Dimech 70), 7-Alex Da Paixao Alves (93-Gislain Yikpe 70), 8-Paul Mbong (5-Agustin Sandona 116), 13-Tomislav Papazov, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef (30-Nathan Cross 57), 27-Alessandro Coppola, 59-Stephane Makoma, 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis
Valletta: 1-Timmy Aquilina, 2-Enoch Mushagalusha (23-Ayrton Attard 116), 4-Neil Anthony Micallef, 5-Zachary Cassar, 6-Enzo Ruiz, 9-Andrei Ciolacu, 10-Brandon Paiber, 11-Jake Azzopardi (15-Keyon Ewurum 116), 16-Jefferson Ferreira de Souza, 28-Sheldon Mackay, 33-James Scicluna (8-Andrea Zammit 81) – Coach: Thane Micallef
Referee: Trustin Farrugia Cann
assistenti: Luke Portelli, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Emanuel Grech
Skorers: Jefferson 68 (V), L. L. Lacunza 76, A. Coppola 96, P. Mbong 114 (B)
Ammoniti: P. L. Gaitan, G. Yikpe (B), E. Ruiz (V)
Tkeċċa: E. Ruiz 100 (B)