Birkirkara………………2
Zabbar SP………………1
Birkirkara dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Zabbar SP, u dan meta lagħbu għal iktar minn taqsima sħiħa b’10 players, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għas-semi-finali tal-Meridianbet FA Trophy.
Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu fit-18-il minuta meta freekick min-naħa tax-xellug mogħti minn De Paiva ntemm ftit barra.
Fid-29 minuta l-istess De Paiva dejjem għal Żabbar daħal mix-xelllug iżda kellu x-xutt tiegħu devjat f’corner mill-goalkeeper Spanjol ta’ Birkirkara, Martinez.
Fl-34 minuta, Żabbar St Patrick talbu l-verifika tal-Football Video Support wara li Stephane Donovan Makoma ta’ Birkirkara wettaq azzjoni rregolari li ma ndunax biha r-referee., Ezekiel Barbara.
Wara li r-referee Barbara kkonsulta l-Football Video Support, Birkirkara spiċċaw jilagħbu b’għaxar players hekk kif Makoma ingħata karta ħamra diretta.
Fit-48 minuta Zabbar ħolqu l-periklu meta Ayom Majok tefa’ ballun fil-baxx iżda Cejas minn quddiem il-lasti naqas milli jikkonkludi.
Fl-54 minuta Zabbar marru fil-vantaġġ meta xutt minn barra l-kaxxa minn pożizzjoni ċentrali ta’ VINIXIUS DE PAIVA ħasad għal kollox lill-goalkeeper Martinez.
Fit-62 minuta Birkirkara ġabu l-iskor indaqs meta Lucas Macula tefa’ ballun mix-xellug u KEMAR REID minn taħt il-lasta ma ħafirx.
Fit-68 minuta Birkirkara skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ freekick mill-lemin mogħti minn Geoffrey Edwin Achemapong, il-ballun ġie parzjalment imtajjar mill-goalkeeper ta’ Zabbar, Colombo, iżda ntemm għand LUCAS MACULA, li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Ignacio Manuel Morello (Leandro Lautaro Lacunza 66), Kemar Reid (Jere Vrcic 85), Lucas Macula (Shaun Dimech 85), Neil Micallef, Alessandro Coppola, Geoffrey Edwin Achempong, Ronivan Bispo Dos Santos, Stephane Donovan Makoma, Aleandro Garzia Coach: Paul Zammit
Zabbar SP: Ignacio Gonzalo Colombo, Santiago Perdo Cejas, Im Youngwon, Jake Micallef (Bruno Miguel Gomes 70), Luis Felipe Mota (Brian Ariel Gambarte 70), Ayom Majok (Nichoals James Agius 82), Zean Leonardi, Zven Polidano (Timothy Eviparker 91), Vinicius De Paiva (Mario Fontanella 70), Ryan Scicluna, Kean Scicluna Coach: Gilbert Agius
Referee: Ezekiel Barbara
Ass. Referees: Duncan Spencer, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli
Skorers: V. De Paiva 54 (Z), K. Reid 62, L. Macula 68 (B)
Tkeċċa: S. D. Makoma 34 (B)
Ammoniti: A. Coppola, N. Micallef (B), J. Micallef, A. Mayok, L. F. Mota, V. De Paiva, Z. Polidano (Z)



