Birkirkara………………1
Hamrun S………………0
Birkirkara kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Hamrun Spartans biex b’hekk kisbu l-passaġġ għas-semi-finali tal-Izibet FA Trophy u ċaħħdu lill-Ispatans milli jiksbu d-double fi tmiem l-istaġun. B’hekk, Hamrun baqgħu qatt ma trijonfaw fuq l-Istripes matul dan l-istaġun.
Kienu Hamrun li ħarġu fuq l-offensiva u wara seba’ minuti, xutt ta’ Ryan Camenzuli. għadda ferm għoli mil-lasti ta’ Nava.
Birkirkra wieġbu fis-16-il minuta permezz ta’ xutt ta’ Diego Pires Dall’Oca li ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper tal-Ispartans, Henry Bonello.
Huma komplew fuq l-offensiva u fis-17-il minuta, kien hemm ġirja tajba ta’ Paul Mbong minn fuq il-lemin, fejn minkejja li ssikkat minn Emerson Marcelina, xeħet għan-nofs u pront kien ENZO DANIEL CABRERA li spara fix-xibka u poġġa lill-Istripes fil-vantaġġ.
Hamrun reġgħu ħolqu l-periklu fis-26 minita permezz ta’ freekick ta’ Roko Prsa li għadda kemm kemm barra mil-lasti ta’ Nava.
Huma komplew jippressaw u minuta biss wara, konklużjoni mill-viċin ta’ Elvis Sukisa Mashike għaddiet barra.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ispartans u fis-36 minuta, freekick ta’ Roko Prsa ġie salvat b’diffikultá minn Nava.
Dan sabiex minuta biss wara, wara li rċieva minn corner ta’ Ederson Bruno Domingos, Emerson Marcelina bir-ras minn taħt il-lasta xeħet ftit għoli.
Fil-45 minuta, konklużjoni minn tliet kwarti ta’ grawnd ta’ Ognjen Bjelicic għal Hamrun, ġiet salvata parzjalmemt mill-goalkeeper Nava biex mir-rebound Elvis Sukisa Mashike ddepożita l-ballun fix-xibka, liema goal peró ġie annullat minħabba offside.
Birkirkara wieġbu fil-ħin miżjud permezz ta’ kontrattakk veloċi, meta Paul Mbong wiċċ imbwiċċ mal-goalkeeper Henry Bonello, inkredibilment tefa’ l-ballun barra.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kienu l-Istripes li ħolqu l-periklu meta fis-47 minuta, wara li rċieva minn cross ta’ Ribeiro, Iorio kellu xutt mill-ewwel li għadda ftit għoli.
Hamrun irrispondew fit-63 minuta meta Juan Carlos Corbalan wara li rċieva ballun mil-lemin, ikkontrolla tajjeb u kellu x-xutt fil-baxx stiegħu salvat minn Nava.
Huma komplew fuq l-offensiva u fil-71 minuta, freekick ta’ Matthew Guillaumier għadda għoli.
Dan sabiex fit-73 minuta, Emerson Marcelina, dejjem għall-Ispartans kellu tenattiv minn daqqa ta’ ras imdawwar f’corner minn difsnsur ta’ Birkirkara.
Fil-85 minuta, cross ta’ Ryan Camenzuli, intemm f’idejn Nava.
Dan sabiex fil-ħin mizjud, Ognjen Bjelicic, kellu xutt minn ġol-kaxxa salvat minn fuq il-linja fatali minn Kurt Zammit.
Birkirkara: 1-Giacoma Nava, 2-Osvaldo Iorio, 6-Diego Pires Dall’Oca, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (99-Andrei Ciolacu 82), 11-Kurt Zammit, 20-Matteo Fedele (88-Kevin Tukimieri 88), 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (9-Jed Valletta 82), 42-Simon Zibo, 77-Denis Custodio Ribeiro Coach: Giovanni Tedesco
Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 3-Ederson Bruno Domingos (77-Joseph Mbong 63), 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Msike Sukisa, 12-Roko Prsa (23-Karl Holmberg 76), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 63-Jonny (7-Luke Montebello 76), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic
Referee: Ishmael Barbara
Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann
Skorers: E. D. Cabrera 17 (B)
Ammoniti: G. Nava. O. Iorio, E. D. Cabrera, D. C. Ribeiro (B), R. Prsa, O. Bjelicic, R. Camenzuli (H)