Saturday, December 28, 2024

FA Trophy: Birkirkara ostaklu diffiċli għal Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Bejn illum u għada jintlagħbu l-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy, bl-aqwa partita tkun dik bejn Birkirkara u Hamrun Spartans li f’temp ta’ ġimgħa se jerġgħu jiltaqgħu wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda huma temmew fi draw ta’ mingħajr goals liema partita kienet valida mill-Kampjonat Premier.

Bla dubju dan huwa test diffiċli għall-Ħamruniżi li qed jimmiraw li jirbħu d- double meta hija ħaġa kważi ċerta li ftit tal-jiem oħra se jiġu dikjarati champions.  

Birkirkara v Hamrun S.– Birkirkara jaffrontaw lil Hamrun Spartans f’dik li hija meqjusa bħala partita bilanċjata li tista’ tmur kull naħa. 

Birkirkara huma l-uniku team f’dan l-istaġun li l-Ispartans naqsu jiskorjaw kontrihom hekk kif iż-żewġ konfronti tal-kampjonat intemmu fi draw identiku ta’ 0-0. 

Biex waslu sa dan l-is­tadju, Birkirkara għelbu lil Nadur Youngsters (4-0) u lil Balzan (3-2 bil-penalties wara draw ta’ 2-2).

Min-naħa tagħhom l-Ispartans għelbu lil Għajnsielem (3-1 war l-ħin barrani) u lil Valletta 2-1. 

Filwaqt li Birkirkara jimmiraw li jilagħbu fis-semi-finali għall-14-il darba, din tkun it-13-il darba jekk Hamrun jirnexxielhom jo­ħorġu rebbieħa. 

Il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ timijiet f’din il-kompetizzjoni huwa wieħed assolut meta minn seba’ logħbiet … rebħu tlieta kull wieħed, bl-oħra tispiċċa fi draw.  

L-Istripes għandhom lil Alessandro Coppola sospiż.   

Gzira U. v Gudja U.– Gzira United jaffrontaw lil Gudja United fejn jimmiraw li jispiċċa mal-aħħar erbgħa għas-seba’ darba fl-istorja tal-club. 

Huma eliminaw lil Slie­ma Wanderers (2-0) u lil Qala Saints (3-0) biex filwaqt li għadhom ma sofrew l-ebda goal, ir-rebħa kontra l-Għawdxin kienet it-30 waħda tagħhom f’din il-kompetizzjoni. 

Min-naħa ta’ Gudja, dawn eliminaw lil Naxxar Lions (2-1) u lil Sirens (1-0). 

L-aktar li waslu f’din il-kompetizzjoni kien il- kwarti-finali, fl-2019-20, me­ta kienu eliminaw lil Valletta (2-0) iżda l-kompetizzjoni kellha titwaqqaf minħabba l-Covid-19.  

Mosta v San Gwann – Mosta jibdew favoriti meta jiffaċċjaw lit-team miċ-Challenge League, San Gwann, li din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-club li qed jilagħbu fil-kwart-finali. 

Huwa eliminaw lil Mgarr United (3-1) u lit-team tal- Premier Pietá Hotspurs (2-0).

Min-naħa tagħhom, Mos­ta eliminaw lil Melita (3-0) u lil Swieqi United (3-2 bl- għoti tal-penalties wara draw ta’ 1-1).

Il-Mostin qed jimmiraw li jikkwalifaw għall-ewwel fis-semi-finali wara li ma rnexxilhomx jagħmlu wara 12-il tentattiv.  

Hibernians v Marsa­xlokk – Xejn għajr minn reb­ħa ma tissodisfa lil Hiber­nians fit-tentattiv li jsalvaw l-istaġun bir-rebħ ta’ dan it-tieni l-aqwa unur, li s’issa kien wieħed diżappuntanti.

Biex waslu sa dan l-istadju, il-Pawlisti eliminaw lil Zurrieq (3-1) u lil Kercem Ajax (8-0) b’dan ir-riżultat ikun l-akbar reb­ħa ta’ dan l-istaġun … u d-disa’ skor (ta’ 8-0) fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni.

Huma jimmiraw għad-19-il semi-finali. 

Biex waslu mal-aħħar tmienja, Marsaxlokk għelbu lil Zejtun Corinthians (5-0) u lil Sta Lucia (2-0) biex għadhom ma sofrew l-ebda goal. 

Huma jimmiraw għat-tielet semi-finali fl-istorja tal-club. 

Ta’ nota huwa l-fatt li l-aqwa skorer s’issa huwa Pablo Vinicius De Moraes ta’ Kercem Ajax … 5 goals. 

Ekonomija

Sport