Friday, December 13, 2024

FA Trophy: Faċli għal Valletta kontra Marsaskala

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala …….0

Valletta ……….…5

Valletta għelbu mingħajr wisq tbatija lit-team mill-Amateur League, Marsaskala, bl-iskor ta’ 5-0 biex għaddew mal-Aħħar 16 tal-FA Trophy.

Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss tliet minuti rebħu penalty proprju fl-ewwel periklu li ħolqu meta Joshua Barbara deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru HARIS DILAVER ma żbaljax.

Huma komplew jattakkaw u fid-19-il minuta Caio Prado kellu xutt minn pożizzjoni ideali salvat tajjeb mill-goalkeeper Mario Bartolo.

Il-Beltin komplew jiddo­minaw u fit-32 minuta kienu sfortunati li ma rduppjawx l-iskor meta l-istess Caio Prado kellu x-xutt insidjuż tiegħu jistampa mal-mimduda, bl-Iskalin jeħilsuha ħafif.

Madankollu, erba’ minuti wara huma skorjaw it-tieni goal permezz ta’ xutt mill-isbaħ ta’ IVAN CURJURIC minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Bartolo jsalva.

Minuta biss wara Valletta kienu għoddhom għamluhom tlieta meta Prado kellu daqqa ta’ ras mill-viċin salvata minn Bartolo.

Appena għaddew żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Lilywhites skorjaw it-tielet goal permezz ta’  xutt fil-baxx mill-viċin ta’ SHAUN DIMECH.

Fit-52 minuta, skorjaw ir-raba’ goal għal darb’oħra minn SHAUN DIMECH li qabeż difensur avversarju uu mill-viċin tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

Marsaskala wieġbu għall- ewwel darba ħames minuti wara meta s-sostitut Dragos­lav Stanic avvanza fil-kaxxa, ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Yenz Cini, iżda dan tal-aħħar salva.

Iżda fis-66 minuta Valletta rebħu penalty meta s-sostitut Andrea Zammit li kien ilu minuta biss fil-ground twaqqa’ minn difensur avversarju fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu CAIO PRADO li spara l-ballun fiċ-ċentru tax-xibka.

MARSASKALA: 99-Mario Bartolo, 4-Shawn Casare, 8-Abubakar Bello Osagie, 9-Fabrizio Zammit, 11-Adrian Bonavia (21-Daniel James Vella 74), 12-Josuel Spiteri (18-Dragoslav Stanic 46), 14-Nicholas Zammit (2-Matthew Neilson Pulis 46), 15-Joshua Barbara (16-Dario Aquilina 46), 17-Ryan Grech, 19-Radnor Farrugia, 20-Mark Vassallo (5-Eman Camilleri 61)  – Coach: Brian Vella

VALLETTA: 1-Yenz Cini, 4-Jean Borg, 6-Triston Caruana (92-Kevin Tulimieri 46), 8-Luis Carlos Murillo (13-Sheldon Mackay 79), 9-Haris Dilaver (19-Emmanuel David Pro­mise Oluwatobi 79), 10-Shaun Dimech, 14-Christian Gauci, 18-Enmy Manuel Pena Beltre (Michele Sansone 65), 20-Ivan Curjuric (17-Andrea Zammit 65), 24-Rowen Muscat, 77-Caio Prado  – Coach: Danilo Doncic

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Slawomir Olucha

SKORERS: H. Dilaver 4 pen, I. Curjuric 36, S. Dimech 47, 52, C. Prado 66 pen (V)

AMMONIT: S. Cesare (M)

Ekonomija

Sport