Floriana ………1
Għajnsielem….0
Floriana tħabtu ferm aktar milli kien mistenni biex eliminaw lit-team Għawdxi ta’ Għajnsielem bl-iskor ta’ 1-0.
It-team immexxi minn Gotthard Conti ddefenda bi qlubija kbira u kellu jkun goal uniku tard fil-partita li għamel id-differenza kollha u poġġa lil Floriana fir-round li jmiss fejn issa jiltaqgħu mat-team taċ-Challenge League St George’s.
Fit-12-il minuta kienu Għajnsielem li kellhom l-ewwel tentattiv lejn il-lasti b’Michael Bezzina jimpenja lil Manuel Bartolo dirett minn corner iżda l-goalkeeper Furjaniż salva tajjeb.
Fl-34 minuta, cross-shot ta’ Adam Magri Overend mil-lemin ġie salvat minn Parnis biex tliet minuti wara, Floriana tilfu ċans tajjeb meta Magri Overend ta cross fit-tul lil Gimenez li, f’kontrattakk veloċi, avvanza waħdu iżda wara li daħal fil-kaxxa, ixxuttja fil-baxx minflok qabbeż minn fuq il-goalkeeper u Parnis salva.
Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima f’kontrattakk għal Għajnsielem, ballun fit-tul wasal għand Nedljkovic li qabeż lill-goalkeeper iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet ikklerjata mid-difensur Oualid El Hasni.
Fit-tieni taqsima, Għajnsielem komplew jiddefendu bi Floriana jsibuha ferm diffiċli biex jippenetraw għalkemm fis-76 minuta, Eugeniu Rebenja kellu xutt angolat mix-xellug salvat minn Parnis.
Madankollu, minuta wara, Floriana marru minn fuq. Jan Busuttil daħal tajjeb mil-lemin u dar ma’ difensur qabel kellu xutt b’saħħtu mblukkat mill-goalkeeper, Rebenja ħa l-ballun u mill-viċin Parnis reġa’ mblokka iżda din id- darba, l-ballun wasal għand ANDREI CIOLACU li skorja b’daqqa ta’ ras
Tliet minuti mit-tmiem, Jan Busuttil seta’ għamilhom tnejn iżda kellu xutt mill-viċin imblukkat minn difensur filwaqt li fil-ħin miżjud, xutt ta’ Andrei Ciolacu ġie mblukkat f’corner mill-goalkeeper Parnis.
FLORIANA: 26-Manuel Bartolo, 2-Adam Magri Overend (77-Aleandro Garzia73), 4-Oualid El Hasni, 6-Rumyan Hovespyan, 9-Kristian Keqi (30-Jan Busuttil 53), 11-Andrei Ciolacu, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia (22-Brandon Paiber 73), 23- Brian Ariel Gimenez (29-Eugeniu Rebenja 53), 27-Andreas Vella (94-Ryan Camenzuli 53), 28-Emiliano Callegari – Coach: Gianluca Atzori
GĦAJNSIELEM: 1-Adrian Parnis, 2-Keith Borg, 4-Alberto Xuereb, 5-Daniel Farrugia (3-Dejan Bogdanovic 87), 7-Kenneth Mercieca, 8-Shaun Attard, 10-Michael Joseph Bezzina (15-Kevin Farrugia 82), 20-Jeferson de Sousa Ferreira, 21-Ryota Watanabe (99-Johnny Camilleri 84), 24-Lawrence Grima (19-Kurt Grima 82), 27-Igor Nedeljkovic – Coach: Gotthard Conti
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Roberto Vella, Thomas Debono
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORER: A. Ciolacu 77 (F)
AMMONITI: M. Bezzina, S. Attard (Għ)