Sunday, November 24, 2024

FA Trophy: Gzira U. fil-kwarti-finali b’rebħa meritata

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira United…..3

Gudja United ….1

F’partita ferm movimentata li pproduċiet erba’ goals, Gzira United, għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 3-1, biex b’hekk assiguraw post fil-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy.

Kienet rebħa meritata għall-Maroons li ddominaw il-partita għall-ħinijiet twal, għalkemm il-Gudjani kel­lhom il-mumenti pożittii tagħhom speċjalment fl-ewwel taqsima fejn irnexxielhom ukoll isibu x-xibka permezz ta’ goal mill-isbaħ ta’ Aidan Jake Friggieri.

Kienu Gzira li fetħu l- iskor proprju fl-ewwel pe­riklu li ħolqu wara kwarta logħob meta MAXUELL MAIA approfitta minn clearance qasira tad-difiża ta’ Gudja u xeħet ġewwa b’xutt ċentrali.

Huma komplew fuq l- offensiva u fid-29 minuta rdup­pjaw meta Clive Gauci għadda tajjeb lejn JEFFERSON DE ASSIS li minn pożizzjoni ideali llobja l-ballun minn fuq il-goalkeeper, Duncan Formosa, li min-naħa tiegħu ħareġ minn postu biex jinterċetta kull periklu, bil-ballun jintemm fix-xibka.

Gudja wieġbu fit-32 minuta permezz ta’ xutt ta’ Llywelyn Cremona minn barra l-kaxxa li iżda spiċċa ftit għoli. Huma komplew jippressaw biex inaqqsu l-marġni tal-iskor u żewġ minuti biss wara, Nika Dzalamidze kellu xutt mill-viċin li ġie salvat f’corner mill-goalkeeper Darijan Zarkov.

Madankollu, fid-39 minuta huma daħlu fil-partita permezz ta’ xutt bid-dawra ta’ AIDAN JAKE FRIGGIERI minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Zarkov isalva, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu ferm aggressivi u fit-63 minuta komplew iżidu l-iskor meta minn free-kick ta’ Steve Pisani, GABRIEL BOHRER MENTZ, ikkonkluda fix-xikbka permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 9-Toni Kolega, 17-Clive Gauci, 91-Maxuell Maia (20-Nevin Portelli 68), 94-Jefferson De Assis  – Coach: Darren Abdilla

GUDJA U.: 12-Duncan Formosa, 7-Aidan Jake Friggieri, 8-Rodolfo Soares, 10-Llyweln Cremona, 19-Ahinga Bienvecu Selemani, 23-Neil Tabone (18-Kyle Gatt 46), 25-Juan Bolanos, 28-Nika Dzalamidze (3-Tatsuro Nagamutso 71), 29-  Giorgi Nikabadze (17-Gabriel Memsah 46), 81-Neil Anthony Micallef, 99-Marcelo Dias (29-Justin Grioli 71)   – Coach: Thane Micallef 

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, James Muscat

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: M. Maia 15, J. De Assis 29, G. Bohrer Mentz 63 (Gzr), A. J. Friggieri 39 (Gud)

AMMONITI: A. J. Friggieri, B. A. Selemani (Gud), J. De Assis (Gzr)

Sport