Thursday, February 26, 2026

FA Trophy: Gzira United u Birkirkara fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

GZIRA UNITED………3

HIBERNIANS………. 2

Gzira U. ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 3-2 biex b’hekk kisbu l-pssaġġ għall-Kwarti tal-Finali tal-Meridianbet FA Trophy, u eliminaw lill-holders Hibernians fi stadju pjuttost bikri ta’ din il-kompetizzjoni.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fis-17-il minuta xutt fil-baxx ta’ Andre Carlos Penha da Costa ġie newtralizzat mill-goalkeeper Rumen ta’ Hibernians, Laurentiu Branescu.

Huma fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn freekick ta’ Stasa Bastic, Dexter Xuereb fit-tentattiv li jikklerja l-ballun xeħet il-ballun fix-xibka tiegħu stess, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Gzira baqgħu jippressaw u fil-35 minuta xutt b’saħħtu ta’ N’Sa minn barra l-kaxxa għadda ferm għoli. Kulma jmur kompla d-dominju tal-Maroons u żewġ minuti biss wara rduppjaw l-iskor meta ANDRE CARLOS PENHA DA COSTA avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Branescu.

Hibernians wiqġbu fl-44 minuta meta wara cross mil-lemin, daqqa ta’ ras ta’ Kurt Shaw ġiet salvata tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gzira, Edoardo Colombo.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gzira ħarġu ferm aggressivi fis-47 minuta meta wara li rċieva minn cross ta’ Brooklyn Borg, MAXUELL MAIA, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ma ħafirx.

Hibernians wieġbu mal-ewwel u naqqsu l-marġni tal-iskor fit-48 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ ALFRED SILAS.

Fid-69 minuta, kien Pedro Henrique ta’ Hibernians li resaq ferm viċin li jsib ix-xibka meta d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet salvata tajjeb minn Edoardo Colombo.

Il-Pawlisti reġgħu naqqsu l-marġni tal-iskor fit-80 minuta meta s-sostitut CLEITON MENDONCA bir-ras mill-viċin ħasad għal kollox lil Colombo.

Mad-90 minuta, Gżira spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Fabrizio Virgens b’karta ħamra diretta anke wara li r-referee Fyodor Zammit ikkonsulta mal-FVS.

Fil-ħin mogħti żejjed, anke Hibernians temmew jilagħbu bi player inqas hekk kif Dexter Xuereb intwera t-tieni karta safra.

Gzira U: Edoardo Colombo, Deacon Abela, Andrew Borg, Brooklyn Borg (Clayton Failla 61), Andre Penha da Costa, Maxuell Maia (Fabricio Silva Virgens 78), Luis Carlos Riascos, Stasa Bastic (David Xuereb 61), Marc Van De Bovenkamp, Isemoli N’sa Chrisnovic, Mihaijlo Stojanovic Coach: Darren Abdilla

Hibernians: Laurentiu Branescu, Cain Attard (Mailson Lima Duarte 73), Alfred Silas (Sunday Akinbule 58), Kurt Shaw, Ruben Hernandez (Duane Bonnici 73), Miullen Felicio Carvalho, Bjorn Kristensen (Ali Diakite 73), Dexter Xuereb, Kevin Halabaku (Cleiton Mendonca 78), Pedro Henrique, Charleston Silva dos Santos Coach: Branko Nisevic

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Mitchell Scerri, Kurt Saliba

Raba’ Uffiċjal: Joseph Scerri

Skorers: D. Xuereb og 22, A. C.Penha Da Costa 37, M. Maia 47 (G), A. Silas 48, C. Mendonca 80 (H)

Tkeċċew: F. Silva Virgens 89 (G, D. Xuereb 94 (H)

Ammoniti: C. Failla (G), D. Xuereb (2), N. Miullen (H)

BIRKIRKARA…………..2

PIETÁ HOTSPURS…….0

Birkirkara ngħaqdu mal-aħħar tmienja meta għelbu lit-team taċ-Challenge Lea­gue, Pietá Hotspurs, bl-iskor ta’ 2-0.

Peró, dawn tal-aħħar kie­nu sfortunati meta, fit-13-il minuta, Luke Bugeja, ġie mċaħħad mill-mimduda.

Tliet minuti wara, il- Karkariżi fetħu l-iskor me­ta free-kick ta’ Geoffrey Acheampong ġie antiċipat minn Kemar Reid, bil-ballun jintemm għand il-captain Alessandro Coppola li  b’xutt mill-ew­wel xe­ħet ġewwa.

Fis-70 minuta, l-Istripes issiġillaw ir-rebħa mis-sostitut Vrcic Jere li xeħet f’lasti vojta  wara li rċieva mingħand Kemar Reid.

Birkirkara: Miguel Angel Martinez, Francisco Lopez Garrone, Manuel Ignacio Morello, Kemar Reid (Shaun Dimech 78), Neil Micallef, Alessandro Coppola, Geoffrey Acheampong (Lucas Ribeiro De Oliveira 78), Ronivan Bispo Dos Santos, Donovan Stephane Makoma, Aleandro Garzia, Jacques Armand Thierry Bayo Mben (Jere Vrcic 50) – Coach: Paul Zammit

Pietá H: Reeves Cini, Sami Abo Assaf, Isaac Cutajar, Thomas Howland (Owen Magro 56), Sheldon Borg, Gabriel Xuereb, Arthur Felippe Stelmach Santana, Luke Bugeja (Jeremy Micallef 56), Jake Borg (Jaylen Zarb 77), Gabriel Mannino, Alex Da Paixao Alves – Coach: Manuel Caruana

Referee: Daniel Casha

assistenti: Duncan Sultana, Slawomir Olucha

Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski

Skorers: A. Coppola 16, V. Jere 70 (B)

Ammoniti: Ħadd

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport