Gzira U……………..1
Gudja U…………….1
(4-3 bl-għoti tal-penalties)
Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 7-Steve Pisani (47-Brookyln Borg 69), 8-Zachary Scerri (6-Nikolai Muscat 63), 9-Marcelo Dias (4-Andrew Borg 106), 16-Luis Carlos Riascos (23-Jose Costa Silva 63), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla
Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-Andre Prates, 8-Tatsuro Nagamatsu (88-Farid Romero Zuniga 88), 9-Vito Plut (99-Iriso Kolf Divaio 99), 13-James Arthur, 17-Karl Micallef, 22-Hubert Vella, 23-Neil Tabone (14-Neil Anthony Micallef 77), 30-Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete (11-Shaisen Attard 91) Coach: Andrea Agostinelli
Referee: Slobodan Petrovic
Ass. Referees: Luke Portelli, James Muscat
Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia
Skorers: V. Plut 29 (GDJ), N. Muscat 91 (GZR)
Minn penalty: G. Bohrern Mentz, J. De Assis, M. Cosic, N. Muscat (GZR), I. K. Divaio, M. Muchardi, A. Prates (GDJ)
Ammoniti: Z. Scerri, L. C. Riascos, M.Maia (GZR), G. Zammit, A, Prates, K. Micallef (GDJ)
Gzira United kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Gudja United bl-iskor ta’ 5-4 wara l-għoti tal-penalties. Dan wara li l-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari u anke wara dak barrani kien dak ta’ 1-1.
Il-Gudjani fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fid-29 minuta meta wara li rċieva minn cross, VITO PLUT, minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Gzira wieġbu żewġ minuti biss wara Zachary Scerri xeħet cross lejn Maxuell Maia li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu jintemm ftit għoli.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Gzira ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fis-56 minuta Maxuell Maia għadda tajjeb lejn Jefferson De Assis li iżda wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit, ra lil dan tal-aħħar isalva bi bravura.
Dan sas-87 minuta meta s-sostitut Nikolai Muscat għall-Maroons, kellu freekick insidjuż li ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Glenn Zammit.
U bl-aktar mod drammatiku, Gzira ġabu l-iskor indaqs fil-ħin mizjud permezz ta’ xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa tas-sostitut u captain NIKOLAI MUSCAT li ma ta l-ebda ċans lil Glenn Zammit.
B’hekk. il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Fil-103 minuta, kienu Gzira li ħolqu l-periklu meta Jefferson De Assis, ġie quddiem Glenn Zammit, iżda ra lil dan tal-aħħar isalva bi bravura.
L-iskor baqa’ ma nbidilx lanqas wara l-ħin barrani, u b’hekk il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties.
Mill-11-il metru għal Gudja, fallew il-captain Hubert Vella u James Arthur. Dan sabiex għalihom skorjaw Iriso Kolf Divaio, Andre Prates u Matias Muchardi.
Dan sabiex għall-Maroons, Maxuell Maia ra lil Glenn Zammit isalva tajjeb minn mal-art, qabel ma Gabriel Bohrer Mentz, Jefferon De Assis, Marko Cosic u Nikolai Muscat skorjaw għalihom.