Saturday, December 21, 2024

FA Trophy: Hamrun S. jikkwalifikaw b’rebħa minima fuq Naxxar L.

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ….1

Naxxar Lions ……….0

Hamrun Spartans kisbu post fl-Aħħar 16 tal-FA Trophy grazzi għal rebħa mi­nima fuq it-team taċ-Challenge League, Naxxar Lions.

Kienet logħba nieqsa mill- azzjonijiet. Fil-fatt matul l- ewwel taqsima, iż-żewġ goalkeepers ftit li xejn kienu impenjati waqt li wara l-mistrieħ, kien biss fl-aħħar nofs siegħa li Hamrun kellhom numru ta’ tentattivi lejn il-lasti b’Naxxar jonqsu milli jit­testjaw lill-goalkeeper żagħ­żugħ ta’ Hamrun, Matthias Debono.

Kienu Naxxar li wara biss żewġ minuti marru viċin li jiftħu l-iskor meta xutt bid-dawra ta’ Mark Fenech laqat il-wieqfa. Iżda din kienet biss okkażjoni iżolata għax għal ħinijiet twal, iż-żewġ timijiet bdew jaqsmu l-logħob f’nofs il-ground mingħajr ma jidħlu fil-kaxxa avversarja.

Madankollu, fit-28 minuta, kienu l-Ispartans li fet­ħu l-iskor meta Christian Merc­ieca daħal tajjeb fil-kaxxa mix-xellug u għadda l-ballun lejn FAISSAL EL BAKHTAOUI li spara ġewwa mill-viċin.

Man-nofs siegħa logħob, El Bakhtaoui impenja lill-goalkeeper Omar Borg b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Oyama.

Wara bidu kwiet fit-tieni taqsima, fil-61 minuta, minn corner ta’ Oyama, Joseph Mbong impenja bir-ras lil Borg li salva tajjeb. Tmien minuti wara, xutt minn barra l-kaxxa tas-sostitut Predrag Djordjevic ġie mblukkat mill- goalkeeper ta’ Naxxar.

Fit-78 minuta sostitut ieħor, Luke Gambin, ittanta xortih b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa iżda Borg salva tajjeb hekk kif Hamrun bdew jippruvaw ikabbru l-vantaġġ.

Erba’ minuti mit-tmiem, il-Ħamruniżi fallew ċans tad-deheb li jirduppjaw meta minn pass ta’ El Bakhtaoui mil-lemin, il-ballun wasal għand Ailton Jorge Soares li minn pożizzjoni ideali tefa’ inkredibbilment għoli biex eżatt mad-90 minuta, El Bakthaoui daħal tajjeb fil-kaxxa mil-lemin iżda x-xutt fil-baxx tiegħu ġie salvat minn Omar Borg.

HAMRUN S.: 24-Matthias Debono, 7-Joseph Mbong, 8-Christian Merceica, 10-Ailton Jorge Soares (77-Shaisen Attard 91), 12-Arthur Oyama, 15-Steve Borg, 20-Matteo Fede­le (29-Predrag Djordjevic 66), 30-Karl Micallef, 44-Claude Dielna (23-Luke Gambin 76), 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui  – Coach: Mark Buttigieg

NAXXAR L.: 27-Omar Borg, 4-Ryan Mercieca, 10-Jurgen Debono, 13-Gabriel Xuereb (9-Edson Cerqueira Farias 55), 14-Ayrton Senna Azzopardi, 15-Ryan Gilmour Cassar, 18-Joel Ellul (11-Gaston Poncet Otero 73), 19-David Fenech (20-Duane Bonnici 55), 21-Mark Fenech, 26-Dimitri Christian Kassekar (23-Andreas Galea 87), 31-Lee Joe Schembri (9-Gilberto Carrara Martins Leite 55) – Coach: George Vella

REFEREE: Darryl Agius

ASS. REFEREES: Vasil Vasilev, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORER: F. El Bakhtaoui 28 (HS)

AMMONITI: C. Dielna (HS); D. Kassekar (NL)

Ekonomija

Sport