Tuesday, November 5, 2024

FA Trophy: Hibernians jegħlbu lil Hamrun S. fil-ħin barrani

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun S. ……1

Hibernians ……2

(wara l-ħin barrani)

F’partita li kellha tmur għall-ħin barrani, Hibernians dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Hamrun Spartans biex b’hekk kisbu post fis-semi-finali tal-Izibet FA Trophy fejn se jkunu qed jaffrontaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn Floriana u Birkirkara.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fil-ħames minuta meta Wilfried Domoraud għadda tajjeb lejn Jurgen Degabriele iżda minn pożizzjoni ideali falla l-mira.

Żewġ minuti biss wara Erjon Beu kellu xutt devjat iżda salvat mill-goalkeeper Henry Bonello.

Madankollu, fil-25 minuta kienu l-Ispartans li fetħu l-iskor meta  Joseph Mbong xeħet cross lejn JORGE AILTON SOARES li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lill-goalkeeper Matthew Cal­leja Cremona.

Hibernians wieġbu fil-31 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Jurgen Degabriele. U proprju fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima, huma kisbu d-draw b’xutt mill-isbaħ bid-dawra ta’ ALVARO CEGARRA minn tarf il-kaxxa bil-ballun jintemm fis-saqaf tax-xibka.

Fit-tieni taqsima r-ritmu naqas u fil-61 waslet l-ewwel azzjoni minn Beu iżda sab lil Bonello attent.

Fil-81 minuta, l-Ispartans setgħu skorjaw meta minn azzjoni ta’ free-kick, Predrag Djordjevic xeħet għoli minn taħt il-lasti … biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani hekk kif l-iskor baqa’ ma nbidilx.

Fis-97 minuta Hiber­nians ħelsuha ħafif u Hamrun kienu sfortunati meta Mbong venven xutt mid-distanza li iżda stampa mal-mimduda, bil-goalkeeper Calleja Cremona, megħlub għal kollox.

Iżda fil-110 minuti kienu l-Pawlisti li setgħu skorjaw meta Da Costa ġie żmarkat waħdu imma Arthur Oyama antiċipah fil-ħin biex seta’ jagħmel xi ħsara.

Iżda żewġ minuti wara, Hibernians skorjaw il-goal tar-rebħa meta mill-pass ta’ Thaylor Aldama, JAKE GRECH daħal tajjeb u xeħet il-ballun fix-xibka fost il-protesti tal-players Ħamruniżi għal offside.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Essien Mbong, 10-Jorge Ailton Soares (8-Christian Mercieca 119), 12-Arhur Oyama, 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere, 28-Juan Carlos Corbalan (77-Shaisen Attard 117), 29-Predrag Djordjevic (23-Luke Gambin 81), 33-Isaac Ntow (92-Faissal El Bakhtaoui 64), 91-Emerson Marcelina   – Coach: Branko Nisevic

HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Leando Almeida, 10-Jurgen Degabriele (70-Hugo Filipe Da Costa Oliveira 80), 12-Dunstan Vella (7-Ayrton Attard 105), 13-Zachary Grech, 17-Erjon Beu (18-Thaylor Aldama 72), 19-Joseph Zerafa, 20-Andrei Agius, 30-Alvaro Muniz Cegarra (8-Jake Grech 86), 42-Ali Diakite (22-Gavriel Izquier Artiles 105), 88-Wilfried Domoraud   – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

SKORERS: J. A. Soares 25 (HS), A. Muniz 45, J. Grech 112 (H)

AMMONITI: H. Bonello, A. Oyama, L. Gambin (HS), E. Beu, D. Vella, J. Grech (H)

Sport