Sunday, November 24, 2024

FA Trophy: Il-goalkeeper Amara Sylla l-eroj ta’ Birkirkara

Aqra wkoll

Birkirkara ………2

Hamrun S. ………2

(Birkirkara 4-3 bil-penalties)

Il-goalkeeper ta’ riserva, Amara Sylla, spiċċa l-eroj ta’ Birkirkara meta laqa’ t-tentattiv deċiżiv mill-11-il metru ta’ Ognjen Belicic fl-għoti tal- penalties biex għelbu lil Hamrun Spartans 4-3 wara li temmew fi draw ta’ 2-2.

Iżda fil-veritá kienet ħasra li xi ħadd minn dawn iż-żewġ timijiet kellu joħroġ tellief minħabba li ppreżentaw konfront denju bejn tnejn fost l-aqwa f’paj­jiżna.

Fatt interessanti huwa li nhar is-Sibt li ġej, dawn iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fil-Kampjonat Premier.

Għall-kronaka, l-aħjar ċans tal-ewwel taqsima wasal, fit-30 minuta minn Alessandro Coppola meta b’xutt imdawwar ra lill-goalkeeper, Fede­rico Marchetti, isalva.

Iżda fit-43 minuta, kienu l-Ispartans li fetħu l-iskor minn ġmiel ta’ free-kick ta’ Uros Duranovic.

Peró, żewġ minuti wara Birkirkara kisbu d-draw minn kanunata mid-distanza ta’ ALEXANDER SATARIANO li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Ħamruniż.

Fis-66 minuta, il-Karkariżi marru fil-vantaġġ minn auto-goal sfortunat ta’ Steve Borg.

Iżda sitt minuti wara, il-Ħamruniżi għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ penalty mogħti minn UROS DURANOVIC wara li Roko Prsa twaqqa’ fil-kaxxa minn Neil Micallef … biex il-partita kel­lha tmur għall-ħin barrani.

Fis-sitt minuta tal-ħin barrani, iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċew Ali Diakite għal Birkirkara u Duranovic wara ritaljazzjoni kontra xulxin.

Fil-ħin miżjud tal-ħin barrani, il-coach ta’ Birkirkara, José Borg, lagħab karta li rnexxietlu meta daħħal lil Sylla minflok Marcel Zapytowski għall-għoti tal-penalties … li minnhom Birkirkara skorjaw erbgħa minn Maia, Ciolacu, Micallef u Coppola filwaqt li falla Zibo.

Għall-Ispartans skorjaw Marcelina, Rutjens u Mbong filwaqt li fallew Torres u Bjelicic.

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytwowsky (16-Amara Sylla 123), 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (91-Maxuell Maia 100), 10-Andrea Zammit (99-Andrei Ciolacu 79), 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (36-Edward Sarpong 111), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite  – Coach: José Borg

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg (33-Christian Rutjens 109), 7-Luke Montebello (94-Ryan Camenzuli 75), 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa (30-Seth Paintsil 106), 14-Elionay Freitas Da Silva (25-Ederson Bruno Domingos 46), 23-Uros Duranovic, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 91-Emerson Marcelina, 98-Jonny  – Coach: Luciano Zauri

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: James Muscat, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Glen Tona

SKORERS: U. Duranovic 43, 74 (HS); A. Satariano 45, S. Borg 68 o.g. (B)

AMMONITI: M. Zapytowski, E. Pepe, P. Mbong (B); O. Bjelicic, E. Domingos, R. Camenzuli 82 C. Rutjens (HS)

TKEĊĊEW: A. Diakite 97 (B);  U. Duranovic 98 (HS)

Sport