Friday, January 10, 2025

FA Trophy: Il-holders Sliema W. jibdew kontra Għajnsielem

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Matul dawn it-tlett ijiem jintlagħab it-tieni round tal-FA Trophy hekk kif il-holders Sliema Wanderers jilagħbu kontra Għajnsielem.

Minn dawn is-16-il partita, tlieta minnhom huma bejn timijiet tal-Premier Lea­gue. Dawn huma Birkirkara v Balzan, Naxxar Lions v Me­lita u Marsaxlokk v Mosta.

Għajnsielem v Sliema W. – Dan huwa l-ewwel konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni.

U filwaqt li l-Wanderers rebħu l-FA Trophy għal 22 darba, l-aktar li avvanzaw.Għajnsielem kien sar-raba’ round, fl-2016-17, meta sfaw megħluba minn Floriana bl-iskor ta’ 4-1.

Zurrieq v Mellieħa – Ir- rebbieħa tas-47 edizzjoni (1984-85), Zurrieq, jaffrontaw lil Mel­lieħa.

Zurrieq, li jinsabu fit-tmien post taċ-Challenge League jibdew favoriti meta se jilagħbu kontra team li jinsab fid-disa’ post tal-Amateur 1 u li l-aktar li avvanza f’din il-kompetizzjoni kien sal-kwarti-finali, meta proprju fid-debutt tiegħu fl-1992-93, ġie megħ­lub minn Luxol St Andrews bl-iskor ta’ 4-2.

Mellieħa kkwalifikaw għal dan ir-round wara li f’dak preċedenti għelbu lil Tarxien Rainbows 5-4 bl- għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1.

Naxxar L. v Melita  – Din  se tkun it-tielet darba li Naxxar Lions u Melita se jiltaqgħu f’din il-kompetiz­zjoni, bil-Ġiljaniżi joħorġu darbtejn rebbieħa … bl-ewwel konfront kien fil-kwarti-finali, fit-12 ta’ Mejju, 1945 (5-2). Iżda mbagħad kienu t-tilfu fis-semi-finali kontra Sliema Wanderers (4-0).

Peró, fl-1938-39, huma niżżlu isimhom fuq din it- trofew meta fil-finali għelbu lill-istess Wanderers bl-iskor ta’ 4-0 … fl-aħħar sta­ġun qabel ma bidet it-Tieni Gwerra Dinjija.

Hamrun S. v Swieqi U.   – Hamrun Spartans, sitt darbiet rebbieħa, jiltaqgħu kontra t-team li jinsab fit-tielet post taċ-Challenge League, Swieqi United.

Dan se jkun it-tieni konfront bejniethom meta f’dak preċedenti, li ntlagħab fis-26 ta’ Jannar, 2020, l-Ispartans kienu ħar­ġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1., fir-raba’ round.

Il-Ħamruniżi ilhom ma jirbħu din il-kompetizzjoni għal dawn l-aħħar 32 sena, meta fir-replay tal-finali, fl-10 ta’ Ġunju, 1992, għelbu lil Valletta 2-1 wara li fl-ewwel waħda kienu temmew fi draw ta’ 3-3.

Biex laħqu dan l-istadju, Swieqi għelbu lil Mtarfa 7-6 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 0-0.

Birkirkara v Balzan – Birkirkara u Balzan se jerġgħu jiltaqgħu  fi spazju ta’ ħamest ijiem hekk kif nhar it-Tnejn li għadda, il-Karkariżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-2, fil-Malta Premier League.

Iż-żewġ timijiet għandhom ukoll ix-xorti li isimhom huwa mnaqqax fuq it-trofew … Birkrikara għal sitt darbiet u Balzan għal darba.

Din hija t-tielet darba li ż-żewġ timijiet se jilagħbu kontra xulxin, bit-tnejn preċedenti jispiċċaw f’reb­ħa għal Birkirkara (3-2) u draw (2-2 – iżda mbagħad il-Karkariżi rebħu 3-2 bl- għoti tal-penalties).

Marsaxlokk v Mosta – Marsaxlokk għandhom iċ-ċans li jinsew l-umiljazzjoni tat-telfa ta’ 6-1 kontra Hamrun Spartans, fil-Malta Premier League, meta ji­lagħbu kontra Mosta.

Din se tkun l-ewwel darba li dawn iż-żewġ timijiet se jiltaqgħu f’din il-kompetizzjoni.

Ta’ min isemmi wkoll li Marsaxlokk resqu darbtejn viċin li jirbħu l-FA Trophy iżda fil-finali (2003-04 u 2022-23) ġew megħluba minn Sliema Wanderers u Birkirkara bl-iskor identiku ta’ 2-0.

Gudja U. v Gzira U. – Gzira United, rebbieħa tal-35 edizzjoni (1972-73), jibdew favoriti meta jiffaċċjaw lil Gudja United li jinsabu fid-disa’ post taċ-Challenge League.

Dan huwa l-ewwel konfront bejn iż-żewġ timijiet.

Valletta v SK Victoria W. – Minkejja li qed jilagħbu fiċ-Challenge League, żgur li Valletta ma għandhom bżonn tal-ebda introduzzjo­ni f’din il-kompetizzjoni meta kkontestaw xejn inqas minn 29 finali li minnhom rebħu 14.

Huma se jaffrontaw lit-team Għawdxi ta’ SK Victoria Wanderers li fl-istaġun 2016-17 kienu s-sorpriża tas-79 edizzjoni hekk kif waslu sas-semi-finali li fiha ġew megħluba minn Floria­na bl-iskor ta’ 3-1, fil-Gozo Stadium.

Floriana v Xewkija T. – Anke Floriana se jilagħbu kontra l-Għawdxin ta’ Xew­kija Tigers li se jkun l-ewwel konfront bejniethom.

Il-Greens rebħu din il- kompetizzjoni 21 darba filwaqt li l-aktar post li avvanzaw fih it-Tigers kien sar-raba’ round.

Fl-istaġun li għadda, il- Furjaniżi waslu sal-finali li tilfu kontra Sliema Wanderers 3-2 bl-għoti tal-pe­nalties wara li spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals.

Hibernians v Zebbug R.  – Hibernians jibdew favoriti meta jiltaqgħu kontra Zebbug Rangers li jinsabu fil-11-il post taċ-Challenge League.

Il-Pawlisti, li rebħu din il-kompetizzjoni 10 dar­biet, lagħbu fi tliet okkażjonijiet oħra kontra ż-Żebbuġin u dejjem ħarġu reb­bieħa. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport