Marsaxlokk…………….1
Gzira U……………………1
(5-4 wara l-għoti tal-penalties)
Marsaxlokk ħasdu lil Gzira United meta għelbuhom bl-iskor ta’ 5-4 wara l-għoti tal-penalties biex b’hekk kisbu post fil-finali tal-IZIBET FA Trophy għat-tieni darba fl-istorja tagħhom.
Kienu Gzira li ħarġu fuq l-offensiva u fis-sitt minuta, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Luis Carlos Riascos għadda ftit barra.
Tliet minuti biss wara, Toni Kolega, dejjem għall-Maroons indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Jefferson De Assis, iżda l-iskorer prolifiku Brażiljan ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun, li ntemm ftit barra.
Azzjoni wara l-oħra Gzira fetħu l-iskor mal-kwarta logħob meta Zachary Scerri, xeħet cross li sab lil JEFFERSON DE ASSIS li għola tajjeb, antiċipa lil Oscar Carniello u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Huma komplew jippressaw u fit-18-il minuta, Jackson Mendoza serva fuq platt tal-fidda lil Steve Pisani li avvanza tajjeb iżda ra lill-goalkeeper Kroat Marko Drobnjak isalva tajjeb wara li ntefa’ minn tulu fl-art.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Maroons u fit-23 minuta, Jackson Mendoza għadda tajjeb lejn Jefferson De Assis li ra lil Drobnjak isalva f’corner.
Marsaxlokk wieġbu għall-ewwel darba fit-28 minuta meta Santiago Ferraris kellu xutt mid-distanza li ġie salvat minn Zarkov li iżda ma żammx, b’Marko Cosic iwaqqa’ lil Tiago Adan Fonseca fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu LEANDRO AGUIRRE li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fit-tieni taqsima Marsaxlokk ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta, xutt ta’ Santiago Ferraris ġie devjat f’corner minn difensur ta’ Gzira.
Gzira wieġbu fid-69 minuta meta Jefferson De Assis ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li impenja serjament lil Drobnjak.
Huma reġgħu ħolqu l-periklu fid-89 minuta meta l-captain Nikolai Muscat kellu konklużjoni mid-distanza li ntemmet barra.
L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari baqa’ ma nbidilx u b’hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Fis-97 minuta, is-sostitut Brookyln Borg tilef ċans tad-deheb li jiftaħ l-iskor għall-Maroons meta x-xutt angulat fil-baxx tiegħu minn ġol-kaxxa għadda ftit barra.
Marsaxlokk wieġbu fil-105 minuta, permezz ta’ xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Leandro Aguirre li ntemm ftit barra.
U lanqas sa tmiem il-ħin barrani, ir-riżultat baqa’ ma nbidel, biex b’hekk il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties.
Għal Gzira sabu x-xibka Gabriel Bohrer Mentz, Jackson Mendoza, Marko Cosic, Lucas Ribeiro De Oliveira, waqt li falla għalihom Jefferson De Assis.
Dan filwaqt li għal Marsaxlokk skorjaw Leandro Aguirre, Kristian Keqi, Adrian Santiago Ferraris, Juan Cruz Aguillar u Terence Vella.
Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard (8-Terence Vella 103), 17-Peter Xuereb (5-Christopher Edafe Uzeh 61), 21-Adrian Santiago Ferraris, 24-Juan Cruz Aguillar, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna, 37-Fabian Santiago Moracci (9-Kristian Keqi 109), 88-Dejan Vukovic, 99-Tiago Adan Fonseca (93-Vamara Sanago 83) Coach: Pablo Doffo
Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (47-Brookyln Borg 91), 8-Zachary Scerri, 16-Luis Carlos Riascos (11-Lucas Ribeiro De Oliveira 61), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Mendoza Coach: Darren Abdilla
Referee: Malcolm Spiteri
Ass. Referees: Roberto Vella, James Muscat
Raba’ Uffiċjal: Ishmael Barbara
Skorers: J. De Assis 15 (G), L. Aguirre pen. 28 (M)
Minn penalty: G. Bohrer Mentz, J. Mendoza, M. Cosic, L. R. De Oliveira (G), L. Aguirre, K. Keqi, A. S. Ferraris, J. C, Aguillar, T. Vella (M)
Ammoniti: P. Xuereb, R. Scicluna, T. A Fonseca, V. Sanago, D. Vukovic, J. C. Aguillar (M), S. Pisani, L. C. Riascos, J. Mendoza, N. Muscat (G)