Sunday, December 22, 2024

FA Trophy: Mgarr United iwettqu sorpriża kbira fuq Sta Lucia

Aqra wkoll

Sta Lucia …….3

Mgarr Utd …..3

(Mgarr U. 4-3 bil-penalties)

It-team tal-Amateur League, Mgarr United, irreġistraw l-akbar sorpriża ta’ din l-edizzjoni tal-Izibet FA Trophy meta eliminaw lit-team tal-Premier League, Sta Lucia, bl-iskor ta’ 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li sal-ħin barrani temmew fi draw ta’ 3-3.

B’hekk għall-ewwel darba fl-istorja tal-club, ikkwalifikaw għall-kwarti-finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Peró, il-Luċjani setgħu fetħu l-iskor meta, fl-24 mi­nuta, huma ngħataw penalty wara li Alessio Piazza fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru, Lucas Sena Silva ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Ta’ dan in-nuqqas, kien Mgarr li marru fil-vantaġġ minn daqqa ta’ ras ta’ Christian Saint Ebisindor li kkonkluda mill-free-kick ta’ Matthew Borg.

Fis-56 minuta, Sena Silva patta għall-penalty fallut meta bir-ras kiseb id-draw għal Sta Lucia.

Madankollu, fis-76 minuta, l-Imġarrin reġgħu marru fil-vantaġġ meta bir-ras Joseph Paul Zammit għeleb lill-goalkeeper Cain Formosa.

U hekk kif dehru resqin lejn ir-rebħa, fit-tielet minuta tal-ħin miżjud, Sta Lucia kisbu d-draw permezz ta’ ġmiel ta’ goal ta’ Carlos Moreira De Oliveira li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lill-goalkeeper, Jacob Chircop St John.

Għaldaqstant il-partita kellha tmur għall-ħin barrani … u fis-seba’ minuta, il- Luċjani marru għall-ew­wel darba fil-vantaġġ meta Aleksa Mrdja mill-viċin xeħet fix-xibka. 

Peró, l-Imġarrin għamlu reazzjoni u ġew ippremjati, meta fil-100 minuta, meta minn azzjoni ta’ free-kick kien Joseph Paul Zammit li skorja l-goal tad-draw … biex il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties.

Għal Mgarr skorjaw Joseph Zammit, Nicholas Schembri, Ryan Camilleri u Kane Farrugia, filwaqt li Gordon Saliba falla l-mira.

Għal Sta Lucia skorjaw Gonzalo Virano, Jurgen Pisani u Carlos Moreira De Oliveira iżda fallew Adam Bradshaw u Santiago Moracci.

Sta Lucia: 16-Cain Formosa, 3-Mattias Ellul, 4-Basile Ogouvide (15-Adam Bradshaw 46), 8-Ojo Abraham Temitope (21-Santiago Fabian Moracci 46), 11-Lucas Sena Silva (17-Jurgen Pisani 114), 18-Aleksa Mrdja, 20-Gonzalo Nicolas Virano, 27-Alessio Piazza, 33-Patrick De Oliveira Ramos (6-Daniel Letherby 83), 55-Sven Xerri, 80-Evandro Pinto Gomes (22-Carlos Moreira De Oliveira 88) – Coach: Alessandro Zinnari

Mgarr U.: 1-Jacob Chircop St John, 3-Paul Kane Farrugia, 5-Julian Camilleri, 6-Clayton Borg (4-Maximilian Borg Bartolo 63), 8-Jurgen Grech (19-Joseph Paul Zammit 70), 10-Jurgen Suda (7-Gordon Saliba 63), 13-Matthew Borg, 15-Adrian Borg (9-Kento Arai 99), 18-Christian Saint Ebisidor, 21-Jamie Lee Micallef (22-Nicholas Schembri 63), 27-Matthew Attard (23-Ryan Camilleri 88) – Coach: Brian Spiteri

Referee: Ezekiel Barbara

Ass. Referees: Alan Camilleri, David Castillo

Raba’ Uffiċjal: Slawomir Olucha

Skorers: C. S. Ebisidor 38, J. P. Zammit 76, 100 (MU); L. Sena Silva 55, C. De Oliveira 93, A. Mrdja 96 (SL)

Ammoniti: B. Ogouvide, P. De Oliveira Ramos, S. Xerri (SL), J. Camilleri (M)

Ekonomija

Sport