Minn Cristian Muscat
Sirens………………1
Mqabba……………0
Sirens kellhom jitħabtu biex għelbu lil Mqabba bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex b’hekk kisbu l-passaġġ fir-round tal-Aħħar 16.
Kienu Mqabba li ħolqu l-ewwel periklu fid-29 minuta permezz ta’ xutt ta’ Kanzurov, li ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Sirens, Andrea Cassar.
Sirens wieġbu fl-34 minuta meta Rei Tachikawa temm azzjoni personali b’xutt li ntemm ftit għoli.
Fis-47 minuta, xutt b’saħħtu u ċentrali ta’ Stephene Sessegnon għadda għoli.
Huma komplew fuq l-offensiva u fit-53 minuta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Paulo Bento ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Mqabba, James Abela.
Mqabba wieġbu fid-79 minuta permezz ta’ xutt sabiħ ta’ Lucas Dos Santos li ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Sirens, Cassar.
Sirens reġgħu ħolqu l-periklu erba’ minuti wara minn daqqa ta’ ras ta’ Ivan Kolev li ġiet salvata bi bravura minn Abela.
Huma skorjaw il-goal tar-rebħa fis-87 minuta permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ KEI SANO, li ma ta l-ebda ċans lil Abela.
Sirens: 1-Andrea Cassar, 8-ReiTachikawa, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 22-Alex Cini, (16-Kevin Muscat 90), 25-Paulo Bento, 27-Ivan Kolev, 30-Gabriel Ventura, 31-Degran Jackson (7-Kei Sano 73), 38-Stephane Sessegnon, 77-Siraj Eddin Arab (19-Miguel Maggi 85) Coach: Winston Muscat
Mqabba: 1-James Abela, 5-Jake Davies, 6-Omar Khatib, 10-Petar Kanzurov, 11-Ronald Melo Costa (19-Tyrone Fenech 74), 13-Jeremy Azzopardi (17-Arsene Cilia Mumford 90), 15-Gareth Barone, 16-Lucas Dos Santos, 18-Brookyln Sciberras (8-Jacques Vella Critien 85), 20-Boubacar Kanta, 21-Angel Bustos Coach: Goran Adamovic
Referee: Slawomir Olucha
Ass. Referees: Alan Camilleri, James Muscat
Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit
Skorers: K. Sano 87 (S)
Ammoniti: B. Kanta, J. Vella Critien (M)