Sunday, December 22, 2024

FA Trophy: Sliema W. jirbħu b’penalty fil-ħin barrani

Aqra wkoll

Sliema W. …….1

Balzan …………0

(Wara l-ħin barrani)

Sliema Wanderers qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy b’rebħa ta’ 1-0 fuq Balzan liema goal wasal minn penalty fil-ħin barrani.

Fl-ewwel taqsima ftit li xejn kien hemm azzjonijiet fuq il-lasti avversarji.

Kienu l-Wanderers li ħol­qu l-ewwel azzjoni meta fis-seba’ minuta resqu viċin meta x-xutt t’a Gomes Da Mata għadda ftit barra.

Man-nofs siegħa logħob l-istess player kellu free-kick salvat mill-goalkeeper, Rudy Briffa, u fl-40 minuta naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun minn suġġeriment ta’ Myles Beerman.

Il-protagonista fit-tieni taqsima kien il-goalkeeper Briffa meta żamm lil sħabu fil-logħba b’saves fuq Beerman, Vito Plut u Joachim Adukor.

Iżda bil-partita tmur fil-ħin barrani huwa ma seta’ jagħmel xejn meta tliet minuti mit-tmiem is-Slimiżi ngħataw penalty wara li ġie nnotat handball li minnu Joseph Manala ma żbaljax. 

Sliema W.: 22-Rashed Al-Tumi, 6-Joseph Marie Minala, 10-Samuel Gomes Da Mata (9-Vito Plut 61), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (25-Joachim Adukor 61), 19-Daniil Kondrakov (77-Mohamed Awad 91), 20-Denis Kouauo (7-Jake Engerer 110), 21-Neil Frendo, 31-Henrique Murilo, 33-Geoffrey Edwin Acheampong – Coach: Paul Zammit

Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 4-Andre Prates, 5-Samr Arab, 6-Marcus Grima (7-Triston Caruana 46), 14-Dimeji Awosnaja (23-Nikola Zerjal 80), 17-Han Euigwon (21-Aleksandar Katanic 56), 18-Ryohei Michibuchi (8-Paul Fenech 67), 24-Nikola Braunovic, 27-Olivier Rommens, 80-George Henry Blackwood (10-Jan Busuttil 56) – Coach: Oliver Spiteri

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: James Muscat, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Joseph Scerri

Skorer: J. M. Minala 117 pen. (SW)

Ammoniti: N. Braunovic (B), D. Kouao, J. Adukor, J. Arthur (SW)  

Ekonomija

Sport