Sunday, November 24, 2024

FA Trophy: Sta Lucia kellhom jitħabtu

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

St Andrew’s ……1

Sta Lucia ………..2

Sta Lucia kkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy meta għelbu l-isfida tat-team miċ-Challenge League, St Andrew’s bl-iskor ta’ 2-1.

Il-partita kienet pjuttost bilanċjata għalkemm il-Luċjani dehru kemmxejn superjuri mil-lat tattiku kif ukoll minn dak tekniku.

Huma kellhom bidu mill-aqwa meta  wara biss seba’ minuti huma fetħu l-iskor meta ALAN DA SILVA SOUZA kważi minn tarf il-kaxxa kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jintemm fix-xib­ka, bil-ballun jaħbat ukoll mal-lasta.

Iżda St Andrew’s wettqu reazzjoni tajba meta tliet minuti huma kisbu d-draw meta wara li rċieva minn corner, id-difensur veteran ta’ 39 sena, IAN AZZOPARDI, kellu t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta’ ras mill-viċin tispiċċa fix-xibka.

Fil-31 minuta, il-Luċjani reġ­għu marru fil-vantaġġ meta VITO PLUT dar ma’ difensur avversarju u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta’ Miguel Montfort.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima St Andrew’s ħarġu aktar avventurużi u fil-55 minuta, xutt ta’ Santiago Martinez ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper Justin Haber.

Fid-79 minuta, huma reġgħu kellhom ċans ieħor li jġibu l-iskor indaqs meta free-kick insidjuż ta’ Jamie Sixsmith sab  lil Haber għal darb’oħra jkun providenzjali għal-Luċjani.

Fit-82 minuta, l-istess Sta Lucia wieġbu bi free-kick ta’ Jan Tanti li għadda ftit barra.

Fil-85 minuta l-istess Tanti kellu xutt mill-viċin li ġie salvat f’żewġ tentattivi minn Miguel Montfort.

Il-Luċjani komplew jamministraw il-vantaġġ mini­mu li kellhom sa tmiem il-partita fejn qatt ma taw ċans lil St Andrew’s li b’xi mod jiddettaw il-logħob tagħ­hom bit-tama li jisfurzaw il-ħin barrani.

ST ANDREW’S: 28-Miguel Montfort, 2-Jamie Sixmsith, 3-Ian Azzopardi, 4-Miguel D’Alessandro, 7-Santiago Martinez, 9-Alex Nilsson (21-Ross McParland 89), 10-Kei Sano, 15-Zak Muscat (Andrew Borg 82), 16-Alan Borg Olivier, 18-Matthew Muscat, 20-Luke Anthony Borg – Coach: Brian Said

STA LUCIA: 16-Justin Haber, 4-André Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 7-Gia­nmarco Conti (98-Kie­ran Xuereb 73), 9-Vito Plut, 10-Alan da Silva Souza (14-Jan Tanti 61), 11-Davidy Ayrton Valpoort Meghon (22-Jamie Zerafa 46), 17-Victor Luiz Prestes Filho, 23-Dexter Xuereb, 29-Yoel Lorenzo Soares Fonseca  – Coach: Gio­vanni Tedesco

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Chris Francalanza, Robert Curtis

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: A. da Silva Souza 7, V. Plut 31 (SL), I. Azzopardi 17 (SA)

AMMONITI: V. L. Prestes Fil­ho, K. Xuereb, A. Prates (SL), M. D’Alessandro (SA)

Sport