Valletta…………….3
Hamrun S………….1
(wara l-ħin barrani)
Valletta għelbu lir-rivali l-antiki Hamrun Sparatns bl-iskor ta’ 3-1, wara l-ħin barrani, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għas-semi-finali tal-Meridianbet FA Trophy, fejn se jkunu qed jaffrontaw lir-rivali, Birkirkara.
Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta xutt ta’ Jake Azzopardi ntemm ftit għoli, b’Hamrun jirrispondu mal-ewwel b’xutt ta’ Danilo Bulevardi li ntemm ftit barra.
Fis-16-il minuta, l-Isparatns reġgħu ħolqu l-periklu bix-xutt finali ta’ Shaisen Attard li ntemm għoli. Żewġ minuti wara Valletta tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-sikor meta wara żball fid-difiża ta’ Rafel Compri għal Hamrun, Henry Bonello salva x-xutt ta’ Yannick Yankam, biex mir-rebound Yuri De Jesus Messias kellu x-xutt tiegħu salvat minn fuq il-linja minn Emerson Marcelina, biex mir-rebound, ix-xutt ta’ Andrea Zammit intemm ftit barra.
Fil-25 minuta Ħamrun sabu x-xibka permezz ta’ Eleke Blessing iżda wara r-reviżjoni tal-Football Video Support il-goal ma kienx konvalidat mir-referee Slobodan Petrovic minħabba foul ta’ Joseph Essiem Mbong fuq Emmanuel Moise Mbende fil-bidu tal-azzjoni.
Fl-40 minuta Hamrun appellaw għal penalty wara kuntatt bejn Mbende u Eleke Blessing, iżda wara l-konsultazzjoni mal-Football Video Support l-azzjoni ġiet ġudikata bħala regolari. It-taqsima ntemmet b’xutt ta’ Joseph Essien Mbong għal Hamrun li ntemm ftit għoli.
Fil-55 minuta xutt ta’ Ognjen Bjelicic għal Hamrun ta l-illużjoni tal-goal iżda l-ballun ħabat max-xibka ta’ barra.
Mas-siegħa logħob Valletta fetħu l-iskor b’azzjoni fuq il-lemin fejn Diogo Tavares antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper internazzjonali ta’ Hamrun, Henry Bonello, għadda lejn in-nofs, b’YANNICK YANKAM bir-ras mill-viċin ma jaħfirx.
Iżda sitt minuti biss wara Hamrun gabu l-iskor indaqs meta Jonny seraq ballun lill-ex tal-partita Steve Borg, qabel għadda tajjeb lejn is-sotitut MOUAD EL FANIS li kien ilu biss minuta fil-ground, u li b’xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-ħin regolamentari, biex b’hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.
Fit-98 minuta xutt minn qagħda ideali ta’ Joseph Essien Mbong għall-Ispartans intemm barra.
Izda kienu Valletta li rduppjaw l-iskor fil-115-il minuta meta STIJN MEIJER mattar siequ mill-viċin, u antiċipa lil Bonello, biex b’hekk irnexxielu jisb ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu.
Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fil-ħin miżjud tal-ħin barrani, meta s-sostitut BRANDON PAIBER, avvanza tajjeb, ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Bonello, u b’xutt fil-baxx mill-viċin tefa’ ġewwa.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biex b’hekk Valletta kisbu l-passaġġ għas-semi-finali.
Valletta: Adilson Aguero dos Santos, Mattias Elll, Steve Borg (Neil Anthony Micallef 116), Andrea Zammit (Stijn Meijer 83), Jake Azzopardi, Diogo Tavares, Yannick Yankam (Thomas Melillo 99), Emmanuel Mose Mbende, Yuri De Jesus Messias (Ahmed Basher 72), Sava Radic, Jackson Mendoza (Brandon Paiber 84) Coach: Thane Micallef
Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Compri (Sven Xerri 46), Matthew Guillaumier, Shaisen Attard (Michele Carboni 66), Joseph Essien Mbong, Vincenzo Polito, Ognjen Bjelicic, Blessing Eleke (Mouad El Fanis 66), Danilo Bulevardi (Jonny 66), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Matias Nicolas Garcia 112) Coach: Giacomo Modica
Referee: Slobodan Petrovic
Ass. Referees: Kurt Saliba, Max-Lee Muscat
Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha
Skorers: Y. Yankam 60, S. Meijer 115, B. Paiber 127 (V), M. El Fanis 66 (H)
Ammoniti: J. Mendoza, J. Azzopardi, A. A. Dos Santos (V), R. Compri, V. Polito (H)



