Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk ….0
Valletta ………3
Valletta ftit lil xejn tħabtu biex għelbu l-isfida tat-team miċ-Challenge League, Marsaxlokk (li għadu kif kiseb il-promozzjoni għall-Premier League), bl-iskor ta’ 3-0, biex issa kisbu post fis-semi-finali tal-Izibet FA Trophy fejn se jaffrontaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn Gzira United u Santa Lucia.
Valletta kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss ħames minuti fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Caio Prado, ESLIT SALA xeħet fir-rokna tax-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Tliet minuti biss wara, huma kellhom ċans tad-deheb li jirduppjaw meta Mario Fontanella approfitta minn clearance qasira u erratika tal-goalkeeper Frederick Tabone, iżda t-tentattiv tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.
Il-Beltin komplew jiddominaw u fid-19-il minuta rduppjaw meta Mario Fontanella għadda lejn Michele Sansone li ndirizza cross fejn EMMANUEL PROMISE għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Kompla l-assedju minn Valletta u, fis-37 minuta, id-daqqa ta’ ras ta’ Fontanella ġiet salva minn Tabone.
Iżda fil-45 minuta, Marsaxlokk ingħataw penalty meta l-cross ta’ Peter Paul Sammut ħabat ma’ id Mario Fontanella fil-kaxxa.
Mill-11-il metru nkariga ruħu Terence Vella iżda x-xutt angolat tiegħu ġiet salva mill-goalkeeper, Yenz Cini, li ntefa’ minn tulu.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta Michele Sansone indirizza cross fejn Oluwatobi kellu d-daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta tintemm ftit barra.
Ix-Xlukkajri wieġbu żewġ minuti biss wara meta Peter Paul Sammut ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Cini b’dan tal-aħħar jilqa’ tajjeb.
Fit-68 minuta reġgħu heddew iżda Andrea Zammit kellu x-xutt mill-viċin salvat minn Tabone.
Huma komplew jippressaw u erba’ minuti biss wara, Promise b’eleganza għadda tajjeb lejn l-istess Zammit li iżda xeħet barra.
Fit-80 minuta, il-Beltin ssiġillaw ir-rebħa meta Shaun Dimech għadda lejn ANDREA ZAMMIT li qabeż difensur qabel ma għeleb lil Tabone.
MARSAXLOKK: 1-Frederick Tabone, 4-Gareth Barone (23-David Azzopardi 46), 5-Juan Gill Cruz, 6-Mattia Del Negro (17-Peter Xuereb 57), 7-René Augusto Caseres (9-Jeremy Delmar 89), 8-Terence Vella (10-Calvin Camilleri 71), 11-Xuan Cappellino, 14-Walter Omar Serrano, 19-Emerson Vella, 20-Peter Paul Sammut (98-Ryan Tonna 57), 22-Neil Micallef – Coach: Pablo Doffo
VALLETTA: 1-Yenz Cini, 4-Jean Borg, 6-Triston Caruana (14-Christian Gauci 80), 11-Michele Sansone, 18-Enmy Manuel Pena Beltre (13-Sheldon Mackay 83), 19-Emmanuel David Oluwatobi Promise (9-Haris Dilaver 80), 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala, 77-Caio Prado (17-Andrea Zammit 59), 89-Mario Fontanella, 92-Kevin Tulimieri (10-Shaun Dimech 59) – Coach: Danilo Doncic
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Paul Apap, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: E. Sala 5, E.D. Oluwatobi Promise 19, A. Zammit 80 (V)
AMMONITI: T. Vella, R.A. Caseres, P. P. Sammut (M), T. Caruana, E. Sala (V)