Sunday, November 3, 2024

Fabbriki ta’ Tesla deskritti bħala “inċineraturi tal-flus”… Musk jgħid li qed jintilfu l-biljuni

Aqra wkoll

Il-kap tal-kumpanija Tesla, li tipproduċi karozzi elettriċi, qal li l-fabbriki l-ġodda ġewwa l-Ġermanja u l-Istati Uniti qegħdin “jitilfu biljuni ta’ dollari” minħabba nuqqas ta’ provvista ta’ batteriji u intoppi fit-twassil ta’ provvisti ġejjin miċ-Ċina. Elon Musk, li huwa multi biljunarju, saħansitra ddeskriva l-fabbriki li għandu ġewwa Berlin u Austin, Texas bħala “inċineraturi ġganteski tal-flus”.

Il-lockdowns stretti ġew­wa ċ-Ċina minħabba l-Covid-19 wasslu għal diffikultajiet kbar l-operazzjoni ta’ din il-kumpanija, fosthom anke fil-fabbrika kbira li Tesla għandha f’Shanghai. Kawża ta’ hekk Musk wissa li jista’ jkun hemm numru ta’ persuni li jitilfu x-xogħol. 

Is-sitwazzjoni diffiċli fil-fabbriki ta’ Berlin u Austin hija ġejja minħabba li dawn qegħdin jipproduċi numru żgħir ħafna ta’ karozzi elettriċi u dan hekk kif apparat li jintuża fil-manifattura tal-batteriji jinsab maqbud fil-portijiet Ċiniżi u minħabba l-lockdown m’hemmx ħaddiema li jistgħu jwassluhom fid-destinazzjoni.  

Sport