Sunday, December 22, 2024

Fabbriki ta’ Toyota ġewwa l-Ġappun jieqfu jaħdmu minħabba attakk bl-internet

Aqra wkoll

Il-kumpanija Ġappuniża Toyota, li timmanifattura l-karozzi, kellha twaqqaf il-produzzjoni f’14-il fabbrika madwar il-Ġappun wara li sfat vittma ta’ attakk fuq l-internet. 

Kien is-sit tal-aħbarijiet Nikkei li l-ewwel irrapporta dan u żvela li Kojima Industries Corporation waqqfet il-produzzjoni minħabba sus­petti ta’ attakki ċibernetiċi. Il-fabbriki ta’ din il-kumpanija ġewwa l-Ġappun jipproduċu terz tal-vetturi kollha ta’ Toyota. 

Il-kumpanija Toyota hija l-iktar manifattur tal-karozzi popolari fid-dinja, tant li l-estimi tagħha għal din is-sena huma li tbigħ 8.5 miljun vettura. 

Dan l-attakk ċibernetiku wassal biex Toyota taqa’ lura fil-produzzjoni b’xejn inqas minn 13,000 vettura. 

Ekonomija

Sport