Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, ikkonferma li Fabinho se jilħaq jirkupra minn problema fil-hamstring fil-ħin biex jilgħab kontra Real Madrid fil-finali taċ-Champions League aktar tard dan ix-xahar.
Il-Brażiljan qanqal tħassib meta weġġa’ fl-ewwel taqsima tar-rebħa ta’ 2-1 tat-Tlieta kontra Aston Villa u kellu jiġi sostitwit mill-captain Jordan Henderson.
Fabinho issa huwa mifhum li sofra injury minuri fil-hamstring, li hija sinjifikanti biżżejjed biex teskludih mill-finali tal-FA Cup tal-lum is-Sibt kontra Chelsea f’Wembley Stadium.
Il-midfielder huwa dubjuż ukoll għall-aħħar żewġ logħbiet tal-Premier League tar-Reds kontra Southampton u Wolves, iżda Klopp qed jistrieħ fuqu li jkun tajjeb u lest għall-finali tant mistennija ta’ Pariġi fit-28 ta’ Mejju.