Fabio Cannavaro jinsab ferm viċin li jmexxi lit-tim nazzjonali tal-Korea t’Isfel wara li l-federazzjoni tal-pajjiż neħħiet lil Jurgen Klinsmann mill-kariga.
L-eks difensur Taljan u champion tad-dinja 2006 jinsab favorit li jieħu din il-kariga bil-president Korean Chung Mong Kyu li jidher interessat fih.
Cannavaro għandu 50 sena u fil-karriera tiegħu mexxa lil Guangzhou, Al Nassr, Tianjin Quanjan, it-tim nazzjonali Ċiniż u Benevento.