Id-direttur maniġerjali ta’ Tottenham Hotspurs, Fabio Paratici, ħalla l-clib wara li l-appell tiegħu ma ntlaqax għas-sospensjoni ta’ sentejn u nofs mill-attivitajiet tal-football.
It-Taljan ta’ 50 sena kien ġie sospiż mill-Federazzjoni Taljana tal-Futbol (FIGC) għar-rwol tiegħu fl-allegat skandlu ta’ irregolaritajiet finanzjarji meta kien fir-responsabbiltá ta’ Juventus.
Wara d-deċiżjoni tas-sospensjoni, huwa kien ħa “jiem ta’ serħan” mill-club ta’ Tottenham iżda s-sospensjoni ġiet estiża mad-dinja kollha waqt li nieda appell.
Madankollu, il-club tal-Premier League issa ħabbar li temm kull relazzjoni ma’ Paratici.
Stqarrija ta’ Spurs qalet: “Fabio Paratici ma ntlaqagħlux l-appella għas-sospensjoni tiegħu tal-FA Taljana (FIGC) fuq ċerti attivitajiet irregolari relatati mal-football.
“Il-FIFA ddeċidiet li testendi s-sospensjoni mad-dinja kollha u, filwaqt li għad hemm tilwima dwar l-ambitu u l-firxa tas-sospensjoni, il-projbizzjoni dinjija attwali tipprevjeni lil Fabio milli jaqdi dmirijietu bħala direttur maniġerjali fil-club tagħna.”
Ma ninsewx li meta l Onor.Said kien segretarju tal pn u Simon kap lewwel ma ghamlu huwa li naqsu drastikament lill haddiema ta listanperija.Kien hemm min ta hajtu ghall pn fix xoghol u tkecca u min dahal wara baqa hemm.